(PR 449/26)

Erbat irġiel arrestati f’operazzjoni b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Pulizija li kienu fuq ronda bil-pass madwar it-toroq ta’ San Ġiljan b’rabta ma’ investigazzjonijiet dwar allegat bejgħ tad-droga, arrestaw żewġt irġiel li nstabu fil-pussess ta’ diversi sustanzi suspettati droga.

Waqt din ir-ronda, wieħed mill-irġiel, Somalu ta’ 38 sena residenti Birżebbuġa avviċina uffiċjal tal-pulizija li kien pajżan spettur u offrielu li ibiegħlu d-droga. Huwa kien immedjatament arrestat flimkien ma’ Rumen ta’ 41 sena li joqgħod San Ġiljan stess u li minn sorveljanza li kienet qed issir, iż-żewġ persuni dehru kemm-il darba flimkien.

Fi tfittxija li saret fuqhom, instabu madwar 18-il qartas bid-droga suspettata kokaina, flimkien ma’ 12-il qartas bi droga suspettata kannabis, kif ukoll numru ta’ boroż bi 13-il pillola suspettata MDMA.

Immedjatament il-Pulizija rrikorriet fir-residenza tar-Rumen fejn f’waħda mill-kmamar instab Malti ta’ 27 sena residenti l-Isla, flimkien ma’ Kolombjan ta’ 33 sena li joqgħod fl-istess appartament. Huma instabu qegħdin jipproċessaw u jippakjaw sustanza suspettata droga tusi. Huma kienu arrestati immedjatament.

Minn dan il-post ġew elevati wkoll madwar 10 pilloli oħra simili għal dawk misjuba iżjed kmieni.

Il-Maġistrat Dr. Philip Galea Farrugia LL.D. ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.