Four men arrested in connection with 146 kg cocaine find – with a market value of €20 million

(PR 649/24, PR631/24)

AĠĠORNAMENT: Fl-aħħar jiem komplew l-investigazzjonijiet b’rabta mas-sejba ta’ 146 kilo droga allegatament kokaina li ddaħħlu f’pajjiżna mill-Freeport.

Investigazzjonijiet intensivi wasslu għall-identifikazzjoni ta’ persuna oħra li allegatament hija involuta f’dan iċ-ċirku ta’ kriminalità organizzata f ’pajjiżna, fejn ġie arrestat raġel ta’ 31 sena residenti ż-Żejtun.
B’rabta ma’ dan l-arrest, il-pulizija qabdu ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti, karozzi lussużi u ġojjelli.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti.

__________________________________________

Hekk kif il-Pulizija Maltija tibqa’ impenjata li tikkumbatti l-kriminalità organizzata f’pajjiżna, fl-aħħar sigħat wettqet operazzjoni b’suċċess fil-Port Ħieles ta’ Malta li wasslet għall-arrest ta’ erba’ persuni u l-qabda ta’ 146 kilogramma droga, allegatament kokaina, destinata għas-suq lokali.

Waqt spezzjonijiet li l-Pulizija Maltija kienet qiegħda tagħmel fil-Port Ħieles b’assistenza mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-istess Port, ilbieraħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għoxrin ta’ waranofsinhar (1340hrs), twaqqaf trailer li kien ħiereġ mill-Port Ħieles, bħala parti minn investigazzjonijiet b’rabta ma’ importazzjoni tad-droga f’pajjiżna.

Wara spezzjoni li saret fil-kabina, wara x-xufier u l-passiġġier instab l-ammont ta’ 105 kilogrammi droga suspettata kokaina. Aktar tfittxijiet li saru f’kontejner fl-istess Port wasslu għas-sejba ta’ 41 kilogrammi oħra ta’ droga, ukoll maħsuba kokaina. Li jfisser li nstab total ta’ 146 kilogramma droga, suspettata kokaina, b’valur fit-triq li jlaħħaq l-€20 miljun.

Jidher li din id-droga, li oriġinat mill-port ta’ Guayaqil fl-Ekwador, kienet destinata biex tinbiegħ fis-suq lokali.

Apparti x-xufier u l-passiġġier tat-trailer, it-tnejn burdnara, ġew arrestati wkoll żewġ ħaddiema tal-Port Ħieles.

L-erba’ Maltin arrestati huma rġiel ta’ 44 sena residenti Birżebbuġa, 46 sena residenti l-Fgura, 36 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, u ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żabbar.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.