Erbà persuni arrestati f’ħidma kontra
t-traffikar tad-droga u kriminalità organizzata

(PR 295/25)

Investigazzjoni b’rabta ma’ traffikar ta’ droga waslet biex matul il-lejl illi għadda, ġew arrestati
tliet persuni – żewġt irġiel u mara – li allegatament jiffurmaw parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata fejn jidħol traffikar ta’ droga.

L-operazzjoni bdiet għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu (0130hrs). Il-pulizija waqqfu vettura fl-inħawi Tal-Balal, f’San Ġwann, li fiha kien hemm tliet persuni.

Minn tfittxija li saret fil-vettura instabu ammont ta’ pilloli suspettati ecstasy, kif ukoll trab abjad allegatament kokaina.

Minn hemm il-Pulizija kompliet bit-tfittxijiet f’diversi residenzi tal-persuni arrestati, fejn ġie arrestat raġel ieħor filwaqt li nstabu wkoll aktar sustanzi allegatament droga, fosthom madwar 400 pillola ecstasy, ketamina, metamfetamina, ħaxixa tal-kannabis u kannabis sintetika. Bil-valur totali tad-droga konfiskata jlaħħaq mat-€30,000.

Il-persuni involuti li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-23 u 30 sena qegħdin jinżammu arrestati mill-Pulizija, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Il-Maġistrat Dr. Antoine Agius Bonnici kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.