Ċerifikat ta’ riżultati pożittivi għall-Korp tal-Pulizija

(PR 351/24)

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għadu kif ippubblika rapport ta’ segwitu (Follow-up Audit Report) li jkopri attivitajiet relatati ma’ awditjar fuq entitajiet tal-Gvern, fosthom il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. L-iskop ta’ dan l-eżeċizzju (fejn jikkonċerna l-Korp tal-Pulizija) kien li jsegwi u jirrapporta fuq kontrolli interni eżerċitati mill-Korp, b’rabta man-nefqa fuq sahra u allowances.

L-eżerċizzju ta’ awditjar oriġinali kien twettaq mill-NAO fl-2020. Dak iż-żmien, l-imsemmi Uffiċċju kien enfasizza oqsma li jeħtieġu titjib. Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jinnota b’sodisfazzjon li fir-rapport ta’ segwitu ppublikat fl-aħħar jiem, l-NAO kopra t-tmien oqsma kollha ta’ nuqqasijiet oriġinarjament identifikati fl-eżerċizzju tal-2020 flimkien mar-rakkomandazzjonijiet rispettivi u jikkonferma li l-Korp implimenta 100% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO.

Ir-rapport, fost oħrajn ifaħħar l-introduzzjoni tal-Istaffing & Major Events Unit. Dan il-Unit illum jamministra sistema waħda diġitali u ċentralizzata dwar dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ skjerament u ħinijiet tax-xogħol tal-membri tal-Korp, inkluż sahra. L-NAO jikkummenta wkoll b ’mod pożittiv dwar il-ħidma mwettqa mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern tal-Korp, li permezz tiegħu ssaħħew ir-rakkomandazzjonijiet marbuta mad-diġitalizzazzjoni fi ħdan id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani (HR) tal-Korp.

B’rabta mad-diġitalizzazzjoni, ta’ min wieħed isemmi li l-Korp tal-Pulizija waqqaf ukoll b’suċċess id-Digital Policing Unit. Dan l-Unit huwa inkarigat li jimplimenta Riżultat Strateġiku 2 mill-Istrateġija tat-Trasformazzjoni (2020-2025) – it-tqegħid tad-data u t-teknoloġija fiċ-ċentru tal-operazzjonijiet kollha tal-Korp, bl-għan aħħari jkun li permezz ta’ proċessi diġitali jitnaqqsu l-iżbalji u tiżdied l-effiċjenza.

Fil-konklużjonijiet tar-rapport, l-NAO jirrimarka li nnota b’mod pożittiv l-isforzi tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha. Filwaqt li jikkonferma li t-trasformazzjoni diġitali mwettqa mill-Korp fl-aħħar snin tejbet b’mod sinifikanti l-preċiżjoni u t-trasparenza fir-rigward tar-reġistrazzjoni tas-sigħat tax-xogħol u l-ipproċessar tal-pagi. Din l-inizjattiva ssimplifikat ukoll il-proċessi tar-riżorsi umani, tejbet l-immaniġjar tad-data u saħħet l-effiċjenza b’mod ġenerali.

Dan kollu jixhed l-impenn tal-Korp tal-Pulizija fl-aħħar snin li jsaħħaħ l-effiċjenza u l-effettività fl-operat tiegħu filwaqt li jiprioritizza l-prinċipji ta’ governanza tajba liema elementi saħħew mhux bi ftit il-leġittimità tal-Pulizija hekk kif ikkonfermat minn diversi stħarriġ tal-opinjoni pubblika, kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Il-Korp tal-Pulizija jibqa’ kommess li ‘jipprovdi servizz professjonali u fdat biex niżguraw pajjiż sikur fi sħubija mal-komunità.’

Link għar-Rapport: https://nao.gov.mt/wp-content/uploads/2024/06/Follow-up-2024.pdf

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.