Arrestati żewġt irġiel fin-Naxxar

(PR 136/25)

Azzjoni immedjata mill-Pulizija wasslet sabiex jiġu arrestati żewġt irġiel b’rabta ma’ attentat ta’ serqa.
Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu (0915hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kenet qed issir serqa fi Triq il-Buzjett, in-Naxxar, fejn żewġ persuni kienu sgassaw bieb ta’ residenza u daħlu ġewwa.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u nnutaw żewġ persuni fl-istess triq li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li ngħatat.
Iż-żewġ persuni, raġel ta’ 38 sena residenti Santa Venera u ieħor ta’ 59 sena residenti x-Xagħra, ġew arrestati għal aktar investigazzjonijiet, filwaqt li l-istħarriġ tal-Pulizija, għadu għaddej.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.