Arrestati numru ta’ persuni b’rabta ma’ traffikar ta’ persuni

(PR 448/24)

F’operazzjoni li seħħet kmieni lbieraħ filgħodu f’diversi lokalitajiet madwar Malta, ġew arrestati ħdax-il persuna, allegatament involuti f’ċirku ta’ kriminalità organizzata ta’ traffikar ta’ persuni.

Wara numru ta’ ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u ġbir ta’ informazzjoni, l-operazzjoni, li tmexxiet mill-Iskwadra tal-Vittmi Vulnerabbli u d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji tal-Korp tal-Pulizija, bdiet għal xi s-sitta ta’ filgħodu (0600hrs).

Bl-assistenza ta’ sezzjonijiet oħra tal-Korp tal-Pulizija, saru rejds fl-istess ħin, f’Birkirkara, il-Gżira, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, il-Fgura, il-Gudja, Raħal Ġdid, Ħaż-Żebbuġ u l-Isla.

B’kollox ġew arrestati tmien irġiel u mara Maltin, kif ukoll raġel u mara mir-Rumanija.

Minn tfittxijiet illi saru fil-postijiet imsemmija, ġew elevati ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti, kif ukoll diversi oġġetti ta’ valur.

B’rabta ma’ dan il-każ qiegħda titmexxa inkjesta mill-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D.

Il-persuni kollha qed jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.