Arrestat wara inċident tat-traffiku f’Għawdex

(PR 500/25)

Ingliż ta’ 30 sena qiegħed jiżamm arrestat wara li aktar kmieni llum, f’Għawdex, allegatament seraq mutur u ftit wara kien involut f’ħabta bl-istess mutur.

Kienu għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar (1330hrs), xħin il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Għarb, Għarb. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn sabet li kien seħħ inċident bejn żewġ muturi, Honda u Kymco, u s-sewwieq tal-Honda, raġel ta’ 34 sena residenti x-Xagħra, kellu bżonn l-assistenza medika.

F’dan il-mument, persuni li kienu fuq il-post infurmaw lill-istess pulizija li s-sewwieq tal-Kymco, li x’aktarx huwa Ingliż, ħarab. Minnufih bdiet tfittxija għalih, fejn ftit ħin biss wara nstab il-viċinanzi tal-inċident u ġie arrestat. Waqt l-arrest huwa kien aggressiv fil-konfront tal-pulizija, li ma weġġgħux.

Matul l-investigazzjonijiet il-Pulizija sabet li l-mutur Kymco kien għadu kif insteraq mis-Sannat, allegatament mill-istess Ingliż li kien involut fl-inċident tat-traffiku u wara ħarab minn fuq il-post.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba l-ġrieħi li ġarbu fl-inċident, fejn aktar tard ir-raġel ta’ 34 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-kundizzjoni tal-persuna arrestata għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.