Argument f’San Ġiljan

(PR 316/25)

Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu (0230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li hemm argument f’parkeġġ fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabu Libjan ta’ 39 sena residenti s-Swieqi, b’xi ġrieħi f’għonqu allegatament ikkawżati bi flixkun tal-ħġieġ.

Tim mediku issejjaħ fuq il-post u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL. D li ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u anke bit-tfittxijiet għall-allegat aggressur.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.