Argument f’Marsaxlokk

(PR 675/24)

Illum, għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħodu (0815hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li hemm argument bejn xi ġirien, fi Triq Lepanto, Marsaxlokk.

Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabu mara ta’ 30 sena b’xi ġrieħi f’wiċċha, allegatament ikkawżat b’arma li taqta’ u bil-ponta. Fl-istess waqt ġew infurmati fejn kien l-allegat aggressur. Il-Pulizija mill-ewwel marret fil-post indikat fejn sabu lill-allegat aggressur, raġel ta’ 32 sena u ġie arrestat.

Il-mara ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet ċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi. Min-naħa l-oħra, r-raġel qiegħed jinżamm arrestat mill-Pulizija sakemm l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.