(PR 617/25)

Anzjan isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 83 sena, residenti Tas-Sliema, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs), sofra ġrieħi serji wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla MotoGuzzi, tilef il- kontroll u waqa’.

Tim mediku assista lir-raġel u minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D. kien infurmat u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.