Aġġornament - Raġel jinstab mejjet wara inċident fir-Ramla l-Ħamra

(PR 565/25)

Fl-aħħar jiem komplew it-tfittxijiet għar-raġel ta’ 37 sena li kien sab ruħu f’diffikulta waqt li qed jgħum fir-Ramla l-Ħamra.

Aktar kmieni dalgħodu l-Pulizija ġiet infurmata mill-Forzi Armati ta’ Malta li sfortunatament ir-raġel instab mejjet fil-baħar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.