(PR 609/25)

76 persuna arrestati fi spezzjonijiet tal-immigrazzjoni f’Malta u Għawdex

F’ħidma koordinata, fl-aħħar jiem il-Pulizija arrestat 76 persuna wara li nstabu jgħixu u jew jaħdmu fil-pajjiż b’mod irregolari. Dawn l-ispezzjonijiet saru fuq diversi karozzi tal-linja f’Malta u Għawdex, kif ukoll fuq vetturi privati u tax-xogħol.

Dawn il-persuni li huma mis-Sirja, min-Niġerja, mill-Gambja, mill-Ghana, mill-Etjopja, mill-Kosta tal-Avorju, mill-Mali, mill-Messiku, mill-Brażil, mill-Kolombja, mill-Indoneżja u mis-Serbja. Huma qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm jiġu ripatrijati.

F’dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizja kienet assistita minn uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni, kif ukoll minn Transport Malta, Jobs Plus u Identità.

Il-Korp tal-Pulizija se jkun qed jissokta b’din il-ħidma intensiva fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.