OPRES Pulizija ta' Malta opres
OPRES rapport ta' att kriminali irrapporta oġġett mitluf agħti informazzjoni itlob informazzjoni tifħir/ilment f'hiex wasal

GĦAJNUNA

Din is-sistema ta’ Rrappurtar Online lill-Pulizija hija maħsuba bħala estenzjoni ta’ ftit mis-servizzi offruti mid-diversi għases u sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Rapporti u Informazzjoni ta’ natura urġenti ma għandhomx jiġu mgħoddija lill-Korp tal- Pulizija ta’ Malta permezz ta’ din is-sistema imma għandhom jiġu mgħoddija malajr kemm jista jkun lill-għases jew is-sezzjoniijiet diversi tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Tista wkoll iċċempel 112 f’każ ta’ Emerġenza.


Faċilitajiet Ewlenin

Rapporti ta' Atti Kriminali

L-informazzjoni li titwassal lill-Pulizija permezz ta’ din is-sistema għandha bżonn li tkun iddettaljata kemm jista jkun sabiex ikun hemm azzjoni mmedjata. Agħti dettalji kemm tista’ dwar persuni, postijiet u oġġetti. Iddeskrivi b’dettall kemm tista’ x’ġara fl-inċident.

Dawn it-tip ta’ rapporti ma jistgħux jintbagħtu b’mod anonimu.

Rapporti foloz ma jiġux aċċettati u tinbeda investigazzjoni biex min għamel ir-rapport falz jiġi miġjub quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja.

Kopji ufficjali tar-Rapport jiġu miksuba wara li r-rapport jiġi accettat biex jiddaħħal fis-sistema ċentrali tar-rapporti tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u jkun jista jinġabar minn kull ufficju tal-Għases tal-Pulizija.

Rapporti ta’ Oġġetti Mitlufa

Jekk jogħġbok għidilna fejn taħseb li stajt tlift l-oġġett u dettalji fiżici dwar l-oġġett innifsu. Jekk ir-rapport qed isir biex jiġi pprezentat lill-kumpanija ta’ Assikurazzjoni, niżżel dan fir-rapport innifsu.

Għatina Informazzjoni

Jekk jogħġbok agħti dettalji kemm jista jkun ċari dwar dak li qed tirrapporta dwaru. L-informazzjoni li tgħaddi tiġi awtomatikament mgħoddija lis-sezzjoni li tieħu ħsieb l-offiża relatata ma' l-informazzjoni li tagħtina.

Il-Kunfidenzjalita’ ta’ kull rapport tinżamm kemm jista jkun.

Talba għal Informazzjoni

Jekk tixtieq titlob għal xi informazzjoni aħna lesti biex ngħinuk mill-aħjar li nistgħu sakemm l-informazzjoni li qed titlob ħa tintuża għal skop imsemmi minn qabel u ma tkunx tinkludi informazzjoni kunfidenzjali. L-Informazzjoni mitluba tingħata lilek wara qbil mill-Uffiċċjali anzjani tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Jekk l-informazzjoni hija rikjesta b’mod urġenti, għidilna dan fit-talba tieghek.

Tifħir / Ilmenti

Jekk trid tgħaddi l-kummenti tiegħek dwar il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta uża din is-sezzjoni. Jekk jogħġbok agħti l-kummenti tiegħek b’dettalji kemm tista' fil-kuntest tal-kumment tiegħek.


Għajnuna Ġenerali

Biex tara din il-paġna bl-Inġliż, ikklikkja fuq il-kelma “English” li qegħda fil-kantuniera tal-lemin, in-naħa t’isfel ta' l-ewwel pagna tas-sit. Jekk għandek xi mistoqsijiet ġenerali dwar il-Korp tal- Pulizija ta’ Malta jew mistoqsijiet partikulari dwar din is-sistema, ikkuntattja lill-“Community and Media Relations Unit” billi:
  • tuża l- formola “Ikkuntattjana” billi tikklikja fuq il-link rispettiv fil-paġna ewlenija tas-sit, jew
  • tibgħat e-mail lil pulizija@gov.mt, jew
  • iċċempel (+356) 2294 2190/1/2, jew
  • tibgħat “facsimile” fuq in-numru tat-telefon (+356) 2124 2223, jew
  • permezz tal-posta indirizzata lill-“Community and Media Relations Unit”, Kwartieri Ġenerali tal-Pulizja, Furjana CMR02, Malta.
gov.mt CIMU Drittijiet tal-Awtur Riservati 2003, Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Investiment    
Dħul | DOI | Legali | Privatezza | Mistoqsijiet Komuni | Ikkuntattjana | Għajnuna Żvilupp SoftAccess International
  Avviż Legali 160 ta' l-2010: L-Att dwar il-Libertà ta' l-Informazzjoni
eGovernment Survey  Website Level A conformance icon, W3C-WAI Web Content Accessibility Guidelines 1.0 at time of deployment