OPRES Pulizija ta' Malta opres
OPRES rapport ta' att kriminali irrapporta oġġett mitluf agħti informazzjoni itlob informazzjoni tifħir/ilment f'hiex wasal

MISTOQSIJIET KOMUNI

Min jieħu ħsieb ir-rapporti li jiddaħħlu minn din is-sistema?
Membri tal-Korp tal-Pulizija ta Malta jipproċessaw ir-rapporti li jiddaħħlu minn ġo din is-sistema.

Kemm indum nistenna biex rapport jiġi pproċessat?
L-Ipproċessar ta rapport jibda fi żmien tlett ijiem iżda minħabba l-individwalita ta kull rapport, ma jistax jiġi żgurat xi żmien li fih ir-rapport jigi pproċessat kompletament.

Kif nista nkun naf l-istat tar-rapport tiegħi?
Agħfas hawn u daħħal il-password li kkrejajt int meta daħħalt ir-rapport.

Nista nagħmel rapport li jista jiddaħħal minn din is-sistema fxi għassa tal-pulizija?
Iva.

Il-kunfidenzjalita ta l-informazzjoni li nagħti lill-Pulizija hija żgurata?
L-informazzjoni kif ukoll l-identita tal-persuna li tagħti din lill-Pulizija jiġu miżmuma bmod kunfidenzjali dejjem, sakemm ma tiġix mitluba mill-Qrati.

Kif nista niċċekkja jekk xi oġġett li tlift instabx?
Lista ta affarijiet misjuba u rritornati lill-Pulizija tiġi ppubblikata kull tant żmien fil-Gazzetta tal-Gvern. Jekk tlift xi ħaġa flokalita partikulari, nissuġġerulek biex tikkuntattja lill-Għassa tal-lokal biex tiċċekkja ġietx irritornata f dik l-Għassa.

Tlift il-password tar-rapport li għamilt. Tistgħu terġgħu tibgħatuhieli?
Jiddispjacina imma għalissa ma nistgħux nibgħatulek il-password li tkun għamilt minħabba raġunijiet ta sigurta. Jekk jogħġbok erġa daħħal ir-rapport tiegħek u niżżel nota fiħ dwar dan u għidilna liema rapport kien. Fkaż ta bżonn, jista jkun li tissejjaħ l-Għassa tal-Pulizija biex tivverifika dan ir-rapport.


gov.mt CIMU Drittijiet tal-Awtur Riservati 2003, Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Investiment    
Dħul | DOI | Legali | Privatezza | Mistoqsijiet Komuni | Ikkuntattjana | Għajnuna Żvilupp SoftAccess International
  Avviż Legali 160 ta' l-2010: L-Att dwar il-Libertà ta' l-Informazzjoni
eGovernment Survey  Website Level A conformance icon, W3C-WAI Web Content Accessibility Guidelines 1.0 at time of deployment