In-numru tal-emerġenza, li huwa 112, huwa numru li jintuża madwar l-Unjoni Ewropea. In-numru 112 jista’ jinqabad kemm mit-telephones fissi kif ukoll minn kull mobile phone.
In-numru 112 għandu jiġi kkuntattjat f’sitwazzjonijiet ta’ periklu meta persuna jkollha bżonn assistenza immedjata mill-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzioni Ċivili jew ta’ ambulanza.
Telefonati li mhumiex ta’ ħtieġa essenzjali jistgħu iqgħiedu ħajjet persuni oħra li verament ikollhom bżonn ta’ assistenza f’riskju. L-użu ħażin minn-numru 112 jista’ ukoll jirriżlto fi proċeduri l-Qorti kontra l-individwu.
Għal aktar dettalji dwar is-servizz tal-112 tista’ tikklikja
hawn.
Jekk persuna tixtieq tagħmel kuntatt mal-Korp tal-Pulizija, u l-każ ma huwiex wieħed ta’ emerġenza, wieħed jista’ faċilment jagħmel dan billi jċempel fuq in-numru (+356) 2122 4001-9 Hawnhekk persuna ssib l-assitenza mill-Command and Control Room tal-Pulizija fejn tingħata l-istruzzjonijiet u pariri meħtieġa.
Rapporti ta’ reati li jistgħu jsiru online huma rapporti li ma humiex ta’ emerġenza, fejn ir-reat jew il-kontravenzjoni diġa’ saret, fejn ħajjet xi persuni involuti mhijiex f’periklu imminenti u fejn propjeta’ misruqa jew ħsarat ma jammontawx għal aktar minn € 232.93. Jekk persuna tixtieq tagħmel rapport online din tista tikklikja
hawn.
In-numru 119 huwa numru bla ħlas li jista jinqabad kemm mit-telephones fissi kif ukoll minn kull mobile phone. Dan in-numru għandu jintuża sabiex tingħata informazzjoni dwar reat li jkun qed iseħħ jew għadu kif seħħ. L-informazzjoni li tingħadda lill-Pulizija tista’ tkun ta’ assistenza siewja sabiex reat jiġi solvut.
Jekk persuna tiġi bżonn li tagħmel kuntatt ma’ Għassa tal-Lokal, persuna tista’ jew iċċempel fuq in-numru (+356) 2122 4001, jew tibgħat email fuq pulizija@gov.mt jew jirrikorri personalment.