Biex persuna tapplika għall-liċenzja ta’ Gwardjan Privat, irrid jipproduċi ċertifikat li attenda kors (minimu ta' 20 siegħa) ta’ Gwardjan Privat f’waħda mill-akkademji liċenzjati.
Ta’ min jinnota, li jekk l-applikant kien membru fil-Korp tal-Pulizija, fil-Forzi Armati ta’ Malta jew kien impjegat fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin, għandu jipproduċi wkoll dikjarazzjoni mill-Ufficju tar-Rizorsi Umani rispettiv. Jekk l-applikant huwa mpjegat tal-gvern jew parastatali għandu jipproduċi wkoll dikjarazzjoni mill-Uffiċju tar-Riżorsi Umani wkoll.
Meta wieħed ikun fil-pusses ta’ dawn id-dokumenti, irrid jirrikorri fl-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija, bl-imsemmi ċertifikat u l-karta tal-identita’. L-applikant jingħata applikazzjoni, u jiġi nfurmat biex imur fl-uffiċċju tal-Qorti Ċivili sabiex jiehu affidavit. Barra dawn, wieħed irid jipproduċi wkoll żewġ ritratti daqs ta’ passaport, ċertifikat tal-course tal-Gwardjani Privati flimkien ma’ kopja ta’ l-istess ċertifikat. Meta dawn id-dokumenti jkunu kollha għand l-applikant, irrid jirritorna fl-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija sabiex ikun jista jissottometti l-applikazzjoni għand il-Pulizija.
Nota: Il-liċenzja hija valida għal sena u kull sena jrid isir kors ta' 10 sigħat skont il-liġi.
L-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija jista’ jiġi kkuntattjat fuq numru tat-telephone 2122 4001-9 jew email licences.police@gov.mt.
L-Uffiċċju ikun miftuħ għall-pubbliku fil-ħinijet imsemmija hawn taħt:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra l-Ħamis)
mis-07.30 hrs sa 12.00 hrs u mill-12.15 hrs sas-14.15 hrs
Il-Ħamis mis-07.30 hrs sa 12.00 hrs u mill-12.15 hrs sat-15.15 hrs