Kondotti - Linji Gwida dwar is-Sottomissjoni Online

 
 
 
 
 
 
 

Meta tissottometti l-formola tal-applikazzjoni, tirċievi email bħala konferma ta’ sottomissjoni li tindika n-numru ta' referenza tal-applikazzjoni tiegħek.
 
Ladarba tasal, is-sottomissjoni tiegħek tiġi eżaminata biex jiġi żgurat li tissodisfa r-rekwiżiti kollha preskritti mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali. Jekk jinstab li s-sottomissjoni tkun tissodisfa dawn ir-rekwiżiti kollha, l-applikazzjoni tiġi aċċettata u kategorizzata jekk hix Formola A jew Formola B fl-Ewwel Skeda tal-Kapitlu 77 tal-Liġijiet ta' Malta. Jekk min-naħa l-oħra s-sottomissjoni tiegħek ma tkunx tissodisfa wieħed jew aktar mir-rekwiżiti preskritti mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali, is-sottomissjoni tiġi miċħuda u tintbagħat ġustifikazzjoni xierqa b’email. 

Jekk jogħġbok kun żgur li kull penali kriminali tkun tħallset fil-Qorti u li l-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jkun ġie nnotifikat b’dan b’irċevuta valida tal-Qorti. Jekk ikun hemm xi penali kriminali li ma jkunux ġew innotifikati lill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew ikun hemm xi penali kriminali pendenti, dawn jiġu inklużi fiċ-Ċertifikat tal-Kondotta. F’tali każ iċ-Ċertifikat tal-Kondotta jiġi kklassifikat bħala Tip B.
 
Meta d-dettalji taċ-ċertifikat tal-Kondotta jkunu skont l-Ewwel Skeda Formola A, il-ħlas isir immedjatament u ċ-Ċertifikat tal-Kondotta jintbagħat bil-posta regolari/reġistrata.
 
Meta d-dettalji taċ-ċertifikat tal-Kondotta jkunu skont l-Ewwel Skeda Formola B, il-ħlas ta' qabel jiġi kkanċellat u l-formola tal-applikazzjoni tintbagħatlek lura għall-kunsens dwar jekk tagħżilx li tiġbru personalment jew jintbagħatlek bil-posta reġistrata.
 
Minħabba miżuri ta' kunfidenza u ta' sigurtà, l-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jissuġġerixxi li jkun aħjar jekk iċ-ċertifikat tal-Kondotta skont l-Ewwel Skeda Formola B tal-Kapitolu 77 tal-Liġijiet ta' Malta jinġabar personalment milli jintbagħat bil-posta reġistrata.
 
Ikun jeħtieġ li jsir ħlas ġdid skont l-għażla tal-kunsens li tkun għamilt. Ma jsirux ħlasijiet tal-posta jekk iċ-Ċertifikat tal-Kondotta jinġabar personalment. Residenti Maltin jistgħu jiġbru ċ-Ċertifikat tal-Kondotta mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana filwaqt li residenti Għawdxin għandhom jiġbru ċ-Ċertifikat tal-Kondotta mill-Uffiċċju tal-Pulizija ta' Għawdex fir-Rabat.
 
Huwa importanti li fil-jum tal-ġbir,  jinħtieġ li tippreżenta personalment dokument validu ta' identifikazzjoni bħal Passaport validu jew Karta tal-Identità valida.
 
Id-dettalji tal-indirizz tal-pustaġġ huma l-istess bħal dawk dokumentati fuq il-Karta tal-Identità u ma jistgħux jinbidlu.
 
Ladarba jinħareġ iċ-Ċertifikat tal-Kondotta, jintbagħat l-avviż ta' tlestija bl-email kif ukoll b'notifika ta' SMS (jekk in-numru tal-mowbajl ikun ġie pprovdut fl-applikazzjoni).
 
Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali qabel ma tissottometti l-formola online fuq:
 
L-Uffiċċju ta' Malta: (+356) 2294 2261 / (+356) 2294 2262
L-Uffiċċju ta' Għawdex: (+356) 2294 4238
Email: cro.police@gov.mt
 
 
 
 
Biex sottomissjoni ta’ applikazzjoni tkun suċċess, l-applikant għandu jipproċedi permezz tal-proċess li ġej:
 
​     ​Jekk l-applikazzjoni hija applikazzjoni ġdida, ipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u proċedi biex tniżżel id-dokument ta' awtorizzazzjoni.  
​     ​Ladarba d-dokument jiġi storjat fuq il-workstation tiegħek, jekk jogħġbok stampa u iffirma personalment id-dokument ta' awtorizzazzjoni.
​     ​Tella’ kopja tad-dokument ta' awtorizzazzjoni ffirmat flimkien ma' kopja tal-Passaport/Dokument ta’ Identifikazzjoni tiegħek li juri b'mod ċar ir-ritratt u l-firma tiegħek. Huwa importanti li l-firma fuq id-dokument ta' awtorizzazzjoni taqbel mal-firma tal-Passaport/Dokument ta’ Identifikazzjoni tiegħek.  
​     Fl-aħħar nett, inti mitlub tikkonferma l-applikazzjoni u tipproċedi bil-ħlas.
 
NB: Jekk waqt is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ġdida ma jkollokx aċċess għal printer, l-istess applikazzjoni tista' titkompla billi tipprovdi l-kodiċi ta' 12-il ċifra li jinsab fir-rokna tal-lemin fuq id-dokument ta' awtorizzazzjoni storjat.
 
Meta tkun issottomettejt il-formola tal-applikazzjoni, tintbagħatlek email bħala konferma ta’ sottomissjoni li tindika n-numru ta' referenza tal-applikazzjoni tiegħek.
 
Ladarba tasal, is-sottomissjoni tiegħek tiġi eżaminata biex jiġi żgurat li tissodisfa r-rekwiżiti kollha preskritti mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali. Jekk jinstab li s-sottomissjoni tissodisfa dawn ir-rekwiżiti kollha, l-applikazzjoni tiġi aċċettata u kategorizzata jekk hix Formola A jew Formola B fl-Ewwel Skeda tal-Kapitlu 77 tal-Liġijiet ta' Malta. Jekk min-naħa l-oħra s-sottomissjoni tiegħek ma tkunx tissodisfa wieħed jew aktar mir-rekwiżiti preskritti mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali, is-sottomissjoni tiġi miċħuda u tintbagħat ġustifikazzjoni xierqa b’email.
 
Jekk jogħġbok kun żgur li kull penali kriminali tkun tħallset fil-Qorti u li l-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jkun ġie nnotifikat b’dan, b’irċevuta valida tal-Qorti. Jekk ikun hemm xi penali kriminali li ma jkunux ġew innotifikati lill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew ikun hemm xi penali kriminali pendenti, dawn jiġu inklużi fiċ-Ċertifikat tal-Kondotta. F’tali każ iċ-Ċertifikat tal-Kondotta jiġi kklassifikat bħala Tip B.
 
Ladarba jinħareġ iċ-Ċertifikat tal-Kondotta skont l-Ewwel Skeda Formola A/B, iċ-Ċertifikat tal-Kondotta jintbagħat bil-posta reġistrata u l-avviż ta’ tlestija jintbagħat bl-email.
 
Jekk għandek xi mistoqsijiet jew għandek bżonn li ċ-ċertifikati jiġu awtentikati mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (Apostille), jekk jogħġbok ikkuntattja l-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali qabel ma tissottometti l-formola online fuq:
 
L-Uffiċċju ta' Malta: (+356) 2294 2261 / (+356) 2294 2262
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt
Uffiċċju tar-Rekords Kriminali,
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
  
 Telefown
2294 2261 / 2294 2262
 
 Imejl