Gwardjani - Online Submission Guidelines

Jekk jogħġbok kun infurmat li l-portal tal-Gwardjani ma jżommx dettalji tal-karta ta' kreditu.​
 
 
 
 ​ 
 
 
Il-Liċenzja ta’ Gwardjan Privat tkun tista’ tiġi mġedda wara t-twettiq ta’ kors ta’ Gwardjan Privat f’wieħed mill-akkademji liċenzjati.

Biex tissottometti applikazzjoni b’suċċess, għandek tehmeż kopja taċ-ċertifikat tal-kors tal-Gwardjan Privat kif ukoll kopja tal-karta tal-identità/Permess ta’ Residenza. Jekk int ukoll detentur ta’ kwalunkwe jew it-3 liċenzji speċjali kollha, huwa meħtieġ li tehmeż ukoll kopja taċ-ċertifikat ta’ kull liċenzja.

Meta tissottometti l-formola tal-applikazzjoni, tirċievi email bħala konferma tas-sottomissjoni li tindika n-numru ta' referenza tal-applikazzjoni tiegħek.
 
Meta l-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija jirċievi s-sottomissjoni tiegħek, din tiġi eżaminata biex jiġi aċċertat li inti tikkwalifika għat-tiġdid u jekk tikkwalifika tirċievi email biex tipproċedi bil-ħlas. Jekk il-kard tal-liċenzja tiegħek tkun waslet biex tiskadi, il-portal awtomatikament jinfurmak ukoll biex tehmeż kopja tar-ritratt tiegħek sabiex tinħareġ kard ġdida. Ir-ritratt irid ikun ċar u ta’ daqs tal-passaport meħud riċentement bil-kulur. Kwalunkwe ritratt ta’ kwalità inferjuri ma jiġix aċċettat.

Ladarba l-liċenzja tiegħek tkun ġiet imġedda, jintbagħat l-avviż ta' tlestija bl-email kif ukoll b'notifika ta' SMS (jekk in-numru tal-mowbajl ikun ġie pprovdut fl-applikazzjoni). 

Jekk il-kard ma ġitx mibdula, Il-liċenzja mġedda tintbagħat bil-posta regolari waqt li jekk il-kard ġiet mibdula, trid personalment tirritorna l-kard il-qadima u tiġbor il-kard il-ġdida flimkien mal-liċenzja mġedda.

Huwa mistenni li tapplika għat-tiġdid xahrejn (2) qabel l-iskadenza tal-liċenzja. Jekk il-kopja tal-Karta tal-Identità/Permess ta' Residenza ul-kopja taċ-Ċertifikat tal-Kors li tellajt huma validi, il-perjodu ta' verifika huwa mistenni li jitlesta fi żmien xahar (1).
 
 ​ 
 
 
Il-Liċenzja ta’ Uffiċjal tal-Komunità tkun tista’ tiġi mġedda wara t-twettiq ta’ kors ta’ Uffiċjal tal-Komunità f’wieħed mill-akkademji liċenzjati.

Biex tissottometti applikazzjoni b’suċċess, għandek tehmeż kopja taċ-ċertifikat tal-kors tal-Uffiċjal tal-Komunità kif ukoll kopja tal-karta tal-identità/Permess ta’ Residenza.

Meta tissottometti l-formola tal-applikazzjoni, tirċievi email bħala konferma tas-sottomissjoni li tindika n-numru ta' referenza tal-applikazzjoni tiegħek.
 
Meta l-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija jirċievi s-sottomissjoni tiegħek, din tiġi eżaminata biex jiġi aċċertat li inti tikkwalifika għat-tiġdid. Jekk il-kard tal-liċenzja tiegħek tkun waslet biex tiskadi, tirċievi email biex tehmeż kopja tar-ritratt tiegħek sabiex tinħareġ kard ġdida. Ir-ritratt irid ikun ċar u ta’ daqs tal-passaport meħud riċentement bil-kulur. Kwalunkwe ritratt ta’ kwalità inferjuri ma jiġix aċċettat.

Ladarba l-liċenzja tiegħek tkun ġiet imġedda, jintbagħat l-avviż ta' tlestija bl-email kif ukoll b'notifika ta' SMS (jekk in-numru tal-mowbajl ikun ġie pprovdut fl-applikazzjoni).

Jekk il-kard ma ġitx mibdula, tirċievi l-konferma tat-tiġdid elettronikament bl-email waqt li jekk il-kard ġiet mibdula, trid personalment tirritorna l-kard il-qadima u tiġbor il-kard il-ġdida flimkien mal-liċenzja mġedda.

Huwa mistenni li tapplika għat-tiġdid xahrejn (2) qabel l-iskadenza tal-liċenzja. Jekk il-kopja tal-Karta tal-Identità/Permess ta' Residenza ul-kopja taċ-Ċertifikat tal-Kors li tellajt huma validi, il-perjodu ta' verifika huwa mistenni li jitlesta fi żmien xahar (1).​
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt
Uffiċċju tal-Liċenzji
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
  
 Telefown
2294 2254
 
 Imejl