Liċenzji tal-armi tan-nar

     Liċenzja għall-kaċċa fuq l-art
     Liċenzja għall-kaċċa fuq il-baħar
     Liċenzja għall-kaċċa tal-fenek salvaġġ

Sabiex persuna jkun jista jġib waħda mil-liċenzji msemmija hawn fuq, wieħed irid jkun affiljat bħala membru fi klabb tal-kaċċa. Wara, il-persuna irrid jitlob ittra ta’ rakkomandazzjoni m’għand listess klubb u b’hekk jkun jista jmur ġewwa l-Uffiċċju tal-Pulizija fl-eqreb għassa tiegħu u jissotometti l-applikazzjoni tiegħu għal waħda mil-liċenzji t’hawn fuq.

Wara l-Pulizija tibda proċess ta’ kontrolli interni sabiex jkun ivverifikat li l-applikant huwa kwalifikat li jġorr liċenzja tal-kaċċa. L-applikant jiġi referut għal eżami tal-MEPA sabiex jiġi stabbilit l-għarfien tiegħu fuq tipi t’għasafar u regolamenti tal-kaċċa. F’każ li wieħed jgħaddi minn dan l-eżami, jiġi msejjaħ sabiex imur fl-istess Uffiċċju tal-Pulzija li jkun tefa’ l-applikazjoni u tinħariġlu l-liċenzja.



     Liċenzja għall-kolletturi A
     Liċenzja għall-kolletturi B
     Target Shooter A
     Target Shooter B

Sabiex persuna jkun jista jġib waħda mil-liċenzji t’hawn fuq, irrid ikun affiljat bħala membru fi klabb tal-isparar u/jew klabb tal-kolletturi tal-armi tan-nar. Wara li l-persuna tiġi mħarġa mill-klabb stess, jiġi mgħoti ittra ta’ rakkomandazzjoni. L-applikant għandu jissotometti l-applikazzjoni tiegħu għal-liċenzja mixtieqa flimkien ma l-ittra ġewwa l-Uffiċċju tal-Pulizija fl-eqreb għassa tiegħu.

Wara l-Pulizija tibda proċess ta’ kontrolli interni sabiex jkun ivverifikat li l-applikant huwa kwalifikat li jġorr liċenzja tal-isparar jew ta’ kollettur tal-armi tan-nar. L-applikant jiġi referut għal eżami mil-Weapons Board sabiex jiġi stabbilit l-għarfien tiegħu fuq l-armi, l-istorja tagħhom u l-Att tal-Armi (Kap 480 tal-Liġijiet ta’ Malta). F’kaz li wieħed jgħaddi minn dan l-eżami, jiġi msejjaħ sabiex imur fl-istess Uffiċċju tal-Pulzija li jkun tefa’ l-applikazjoni u tinħariġlu l-liċenzja.​​​​

Nota: Persuni li għandhom Liċenzja għall-kolletturi B skont Kap 480 u S.L 480.02 tal-Liġijiet ta' Malta u huma fil-pussess ta' e-id, jistu' jġeddu l-liċenzja online.

Il-ħlas għandu jsir mill-website: armi.gov.mt

Il-liċenzja mġedda tintbagħat bil-posta fi żmien 10 t'ijiem tax-xogħol. 

INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:

 Indirizz tal-Kuntatt
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 
Telefown
2122 4001​