Servizzi ta' l-Emerġenza

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fit-12 ta' Diċembru​ 2020​ 

     X'inhu każ ta' Emerġenza ġenwin?
     Ċempel 112 biss f'każ ta' Emerġenza
     Ċempel 116000 f'każ ta' tfal mitlufin​ ​
     L- Istandards tagħna
     F'każ li inti tixtieq tagħmel ilment dwar dan is-servizz
     Quality Service Charter


Is-Servizz tal-112 u 116000 huma bla ħlas
Disponibbli 24 siegħa kuljum 
 
 
 
 
 
  
 
 
 
 
 
 
 
 
L-emerġenza ġenwina hija l-assistenza immedjata f'każ ta' periklu tal-ħajja tiegħek u ta' ħaddiehor, fosthom attakki fuq il-persuna, kif ukoll incidenti oħra li huma konnessi mal-propjeta' tiegħek. Hemm ukoll sitwazzjonijiet oħrajn li ahna nqisu bħala emerġenza li huma:
 
     inċidenti tat-traffiku b'persuni imweġġgħin jew feruti;
     theddida ta' bomba.
 
Jekk l-emerġenza tiegħek jew ta' xi ħadd li jkun fil preżenza tiegħek tiġi bżonn l-assistenza tal-pulizija, inti għandek iċċempel fuq il-linja 112 immedjatament.
 
 
 
 
 
 
  
 
 
 
 
 
 
 
 
 
Il-pulizija tirċievi bejn wieħed u ieħor ammont ta' 850 telefonata kuljum fuq il-linja 112, li 79% minnhom ma jkunux każijiet ġenwini ta' emerġenza. Inti tista' tgħinna nnaqsu dan l-abbuż billi ċċempel fuq din il-linja f'każ ġenwin ta' emerġenza biss. Nitolbukom tikkoperaw magħna u ma' tużawx din il-linja jekk mhux f'każ ta' emerġenza.

In-numru tal-SMS tal-Emerġenza 79 770 112 għandu jintuża minn persuni li għandhom nuqqas ta' smiegħ jew li għal xi raġuni ma jistgħux jagħmlu telefonata.
 
F'każ li inti għandek bżonn l-assistenza tal-pulizija, iżda mhix emerġenza, inti mitlub iċċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq in-numru 21224001-7 jew tista' ċċempel l-għassa tal-Pulizija ġewwa l-lokal tiegħek.
 
Cempel 116000 biss f'każ ta' tfal mitlufin

Il-linja ta’ għajnuna 116000 tindirizza esklussivament il-każijiet ta’ tfal mitlufin. Il-persuni huma mħarrga biex jipprovdu appoġġ lill-ġenituri ta' tfal mitlufin. Il-linja ta 'għajnuna 116000 hija pprovduta f'kull Stat Membru.
 
 
 
 
 
 
  
 
 
 
 
 
 
 
F'każ ta' emerġenza, kif iċċempel fuq il-linja 112 inti għandek tistenna li aħna:
 
     nirrispondu t-telefonata tiegħek fi ħmistax-il sekonda
     nagħtu attenzjoni lil kull telefonata ta' emerġenza
     niddentifikaw lilna nfusna miegħek
     neżaminaw l-emerġenza tal-każ biex inkunu nistgħu nibgħatu l-għajnuna meħtiega mill aktar fis possibli
     nagħmlu ħilitna biex nibgħatu Unit tal-pulizija fi żmien ħmistax-il minuta mill-ħin li t-telefonata tiegħek tiġi rreġistrata fuq il-linja 112
     nibqgħu nassistuk sakemm il-pulizija jaslu fuq il-post

It-telefonatii kollha li jidħlu fuq il-linja 112 huma suġġetti għal evalwazjoni qabel ma' jittieħdu deċiżjonijiet biex tingħata xi tip ta' assistenza.

Aħna nwegħduk li nżommu l-kunfidenzjalita' meta nwieġbu t-telefonata tiegħek fuq il-linja 112.
 
 
 
 
 
 
  
 
 
 
 
 
 
 
 
 
Jekk inti tħoss li aħna ma qdejniex dawn id-dmirijiet imsemmija jew inkella jekk inti m'intix sodisfatt/a bis-servizz tagħna u tixtieq tagħmel ilment għafas hawn.

Inti tista' wkoll tgħaddi l-ilment tiegħek personalment permezz tat-telefon billi ċċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, l-għases kollha ta' Malta u Għawdex, kif ukoll il-Kunsilli Lokali u tistaqsi għad- Duty Officer.

Meta inti tagħmel complaint għandek kull dritt li tibqa' annonimu/a, imma f'dan il-każ aħna ma' nkunux nistgħu nżommuk aġġornat bil-progress li jkun qed isir waqt l-investigazzjoni.

Jekk inti m'intix sodisfatt b'dan is-servizz hawn imsemmi, tista' tirreferi l-każ tiegħek lill-Uffiċċju ta l-Ombudsman jew lill-Police Board.
 

 

 

 

 

 

 
 
 
 
 
 
 
 
  
 
 
 
 
 
 
 
 
Il-Quality Service Charter dwar is-servizzi tal-Emerġenza tal-Pulizija, ġie mniehdi fis-7 ta’ Marzu 2001.
L-għan tiegħu huwa li jinforma lill-pubbliku dwar is-servizzi tal-emerġenza u l-istandards li nixtiequ nilħqu meta nassistuk f’emeġerenza.
 
Aħna qed nagħmlu l-għalmu tagħna sabiex inżommu l-istandards li lħaqna, madanakollu jekk għandkom xi suġġerimenti, dawn tistgħu tgħadduhwomlna sabiex aħna nkunu nistgħu ntejbu s-servizz li qed noffrulkom.

REFERENZI:

  
​​​​​

​​​​​



​​



INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:

 Indirizz tal-Kuntatt
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 
Telefown
2122 4001​