Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fit-22 ta' Ġunju, 2022
Nota: Nixtiequ ninfurmaw lill-pubbliku li minħabba direttivi tal-union, l-Uffiċċju tal-Kondotti tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, mhux qed ikun miftuħ għall-pubbliku 𝘄𝗮𝗿𝗮 𝗻𝗼𝗳𝘀𝗶𝗻𝗵𝗮𝗿.
Ċittadini Maltin, li huma residenti f’Malta, jistgħu jiġbru Ċertifikat tal-Kondotta billi jirrikorru personalment fl-Uffiċċju tal-Kondotti li jinsab fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana. Persuna li trid tiġbor dan iċ-ċertifikat għandha ġġib magħha l-karta tal-identita’, liċenzja tas-sewqan valida jew passaport validu.
L-Uffiċċju tal-Kondotti jista’ jiġi kkuntattjat fuq in-numri tat-telefon 22942261 jew 22942262 jew permezz ta’ fax fuq in-numru 22942678 jew b’email fuq
cro.police@gov.mt.
Ċittadini Maltin, li huma residenti barra minn Malta iżda għandhom xi familjari jgħixu Malta għandhom japplikaw billi jibatu ittra formali ffirmata, fejn tingħata r-raġuni għala l-persuna qed tapplika għall-kondotta, ma xi ħadd mill-familjari li joqghod Malta, ġewwa l-Uffiċċju tal-Kondotti. L-applikant għandu jinkludi wkoll l-indirizz , kemm ta’ barra kif ukoll dak lokali, id-data u l-post ta’ twelied, isem il-missier, isem l-omm u kunjoma xebba u kopja tal-paġna tal-passaport (validu) fejn jinsabu d-dettalji kif ukoll ir-ritratt. Għanda tiġi preżentata wkoll ittra formali ta’ awtorizzazzjoni sabiex iċ-ċertifikat jkun jista jinġabar mill-familjari.
Il-kondotta tista' wkoll tinġieb onlajn minn
https://kondotti.gov.mtĊertifikat tal-kondotta jiswa’ €2.80.
Ħinijiet tal-ftuħ
|
|
|
Is-Sibt |
08.15 hrs - 12.00 hrs |
|
---|
REFERENZI LEGALI: