Linji Gwida dwar is-Sottomissjoni għat-tiġdid tal-Liċenzja ta’ Kollettur B
Meta tissottometti l-formola tal-applikazzjoni, tirċievi imejl li tikkonferma li l-applikazzjoni ġiet sottomessa b'suċċess u ser jiġi assenjat numru ta' referenza.
Meta l-Uffiċċju tal-Armi jirċievi s-sottomissjoni tiegħek, din tiġi eżaminata sabiex jiġi aċċertat li inti tikkwalifika għat-tiġdid, jiġifieri jekk ikollok biss liċenzja ta’ Kollettur B u jekk ikunx hemm xi arretrati pendenti.
Jekk tikkwalifika biex iġġedded il-liċenzja tiegħek online, il-ħlas isir immedjatament u l-liċenzja tiegħek tintbagħat permezz ta' posta regolari jew reġistrata.
Jekk ikun hemm xi arretrati tal-liċenzja ta’ Kollettur B li jridu jitħallsu, il-ħlas ta' qabel jiġi kkanċellat u tintbagħatlek imejl fejn ikollok indikat l-ammont dovut inkluż l-arretrati. Int ser tintalab biex taċċetta l-ammont il-ġdid u jekk dan ikun aċċettat, il-ħlas onlajn jista' jipproċedi.
Jekk għandek liċenzji oħra ta’ armi tan-nar apparti mil-liċenzja ta’ Kollettur B, il-ħlas ma jiġix aċċettat.
Ladarba l-liċenzja tiegħek tkun ġiet imġedda b'suċċess, ser tirċievi avviż ta’ tlestija permezz ta' imejl kif ukoll notifika ta' SMS (sakemm in-numru tal-mowbajl ikun ġie provdut fl-applikazzjoni).
Id-dettalji tal-indirizz tal-pustaġġ ikunu l-istess bħal dawk dokumentati fis-Sistema tal-Armi tal-Pulizija.
Jekk jogħġbok kun infurmat li l-portal tal-Armi ma jżommx dettalji tal-karta ta' kreditu.