Post ta' Officer II (Victim Support)

Data: Fra 14, 2020
 
 
MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTA' NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

POST TA’ OFFICER II (VICTIM SUPPORT) FIL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTA' NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

 
Nomenklaturi li jindikaw il-maskil jinkludu wkoll il-femminil.
 


1. Is-Segretarju PermanentiMinisteru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Officer II (Victim Support) fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.


Termini u kundizzjonijiet


2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati iridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut tas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Officer II (Victim Support) huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fl-2020 huwa ta’ €24,894 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €28,081.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Officer II (Victim Support) titla’ fi Skala ta’ Salarju 6 (€26,543 x €596.33 - €30,121 fis- sena 2020) wara tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Officer II fi Skala ta' Salarju 7.

2.5 Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għal ħlas ta' 10% tas-salarju bażiku tagħhom.

2.6  Ġaladarba jiġi  appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet,  il-kandidat maħtur  jiġi  rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe  applikazzjoni  oħra  li  attwalment il-proċess tagħha  fi  ħdan  is-Servizz  Pubbliku  għadu  għaddej u  li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjoniet tas-SAAC (li tinkludi ukoll l-Assistenti Diretturi).

2.7 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi, li diġà għandhom ħatra fl-istess grad imsemmi f’din is-sejħa, huma  aċċettati  biss  bil-kundizzjoni  li  l-ispeċjalizzazzjoni  marbuta  ma’  din  il-vakanza  hija  differenti  minn  dik relatata mal-ħatra kurrenti tal-applikanti u liema vakanza tirrikjedi kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit tal- eliġibbiltà, li l-applikant huwa mistenni li jissodisfa.


a.  Il-kandidati magħżula iridu jservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal- applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi ukoll l-Assistenti Diretturi).


2.8 Mhux ser  ikun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2)  mill-ħatra.   Hekk kif jiskadi l- imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet x’imkien ieħor fil-qasam tal-ispeċjalizazzjoni tagħhom, suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-esiġenzi tal-Maniġment.

2.9 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.


Dmirijiet


3. Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Officer II (Victim Support) jinkludu:


i.  Tipprovdi l-għajnuna u s-sapport neċessarju lill-vittmi ta' kriminalita' u / jew lill-familjari tagħhom;
ii.  Tipprovdi s-servizzi ta' counselling f'mumenti ta' kriżi lill-vittmi vulnerabbli, fejn hu prattiku u xieraq;
iii.  Twettaq  assessjar  tal-bżonnijiet lill-vittmi  ta'  kriminalita'  biex tiżgura  li  l-bżonnijiet immedjati  tagħhom jiġu
milqugħa;
iv.  Tkun kapaċi tirrelata ma' gruppi differenti ta' persuni vulnerabbli; 
v.  Tiżgura li l-vittmi vulnerabbli ta' kriminalita' ġew reiferuti għal sapport kontinwu u li tibqa' ssegwi kull każ;
vi.  Tagħmel riferimenti neċessarji skont il-proċeduri u policies stabbiliti;
vii.  Taħdem f'kollaborazzjoni  mill-qrib  ma'  l-Uffiċċjal  responsabbli  għat-Taqsima  u  tassisti  ħaddiema  oħra  li
jaħdmu fil-Victim Support Unit;
viii.  Tikkonsulta regolarment ma' uffiċjali / professjonisti adattati sabiex tikseb aktar tagħrif, sapport u direzzjoni
dwar sitwazzjonijiet partikolari;
ix.  Tipprovdi taħriġ kntinwu biex tiżgura li l-uffiċjali kollha jafu dwar il-funzjonijiet tal-Victim Support Unit u l- bżonn li jirreferu każijiet skont il-proċeduri stabbiliti tal-Pulizija;
x.  Tiżgura li n-noti u s-sistemi tqal-logging huma kollha aġġornati;
xi.  Tiġbor rapporti regolari u annwali;
xii.  Tattendi laqgħat dwar il-każijiet kif mitlub mit-Taqsima;
xiii.  Iżżomm  ruħha   aġġornata   dwar   l-aħħar victims-centred  approaches u   prattiċi   nazzjonali   kif   ukoll internazzjonali;
xiv.  Tipparteċipa u / jew tmexxi proġetti tal-Victim Support Unit kif u meta mitlub;
xv.  Taħdem f'ambjent multi-dixxiplinarju sabiex tikontribwixxi lejn metodu ħolistiku fl-għoti tas-servizz;
xvi.  Tikoopera  u  tipprovdi  s-sapport  neċessarju  lil  taqsimiet  fi  ħdan  id-Dipartiment  u  tiżgura  li  s-servizzi
tal-Victim Support Unit huma effettivi;
xvii.  Taħdem 'l hinn mis-siegħat normali tal-ġurnata tax-xogħol;
xviii.  Twettaq dmirijiet oħra skont kif assenjat mill-Kap tad-Dipartiment, kif ukoll mis-Segretarju PErmanenti fil-
Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi;
xix.  Dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti
Ewlieni.



Rekwiżiti tal-eliġibbiltà


4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

i.     a.  ċittadini ta’ Malta; jew
b.  ċittadini  ta’  Stati  Membri  oħra  tal-Unjoni  Ewropea  li  għandhom  jedd  għal  trattament  ugwali  daqs
ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
c.  ċittadini  ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor  li  għandhom jedd għal trattament ugwali  daqs ċittadini  Maltin fi
kwistjonijiet  ta’  impjieg   minħabba   li   jkunu   japplikaw  għal  dak   il-pajjiż   leġislazzjoni   tal-UE   u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
d.  kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’
impjieg permezz tar-relazzjoni  familjari  tagħhom ma persuni  msemmija f’(a),  (b)  jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
e.  ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-
regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini
ta’  Pajjiżi  Terzi)”,  jew li  jkunu  ngħataw permess  ta'  residenza  taħt  ir-regolament  18  (3)  tal-istess
regolamenti,  flimkien mal-membri  tal-familja ta’ ċittadini  ta' pajjiż terzi  li  jkunu ngħataw permess ta’
residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.

Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.


ii.  ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża kemm miktuba kif ukoll verbali;

U

iii.  ikollhom kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF  (suġġett għal minimu ta’ 60  ECTS/ECVET krediti  jew ekwivalenti,  rigward  korsijiet li  bdew minn  Ottubru  2008),  fil-Counselling,  Psikoloġija, Family Therapy, jew kwalifika professjonali komparabbli.


Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom. 

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati,  basta jipprovdu evidenza li  ġew approvati  għall-għoti  tal-kwalifiki  imsemmija fil-paragrafu 4.1 iii) jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin
u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.3 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti  tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti  mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d- dettalji).

4.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.5   L-applikanti   prospettivi   għandhom  jaraw  il-proviżżjonijiet   ġenerali   marbuta   ma’   din   is-sejħa   għall- applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).


Sottomissjoni ta' dokumentazzjoni


5.1  Il-kwalifiki  u  l-esperjenza  li  l-persuna  jkollha  għandhom  jintwerew  b’ċertifikati  u/jew  dokumenti,  li  kopja tagħhom għandha tkun skennjata u mibgħuta permezz tar-Recruitment Portal fuq https://recruitment.gov.mt.

5.2 Id-dokumenti oriġinali għandhom, mingħajr eċċezzjoni, jintwerew waqt l-intervista.


Proċeduri tal-għażla


6.1 L-applikanti eliġibbli jiġu assessjati minn Bord tal-għażla biex jiġi ddeterminat min hu adatt għall-post. Il-marka massima għal dan il-proċess tal-għażla hija 100% u l-marka li persuna trid iġġib biex tgħaddi hija 50%.

6.2  Tingħata  kunsiderazzjoni  xierqa  lill-kandidati  li,  minbarra  dak  rikjest  f’paragrafi  4.1  -  4.4,  għandhom esperjenza ta’ xogħol relevanti u ppruvata.


Sottomissjoni tal-applikazzjoni


7.  L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi, għall-attenzjoni tat-Taqsima tar-Riżorsi  Umani,  Ministeru għall- 
Intern, is-Sigurta   Nazzjonali  u   l-Infurzar  tal-Liġi permezz   tar-Recruitment   Portal      biss f’dan    l- 
indirizz: https://recruitment.gov.mt.   L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu  Curriculum Vitae  (li  għandu  jinkludi lista tal-kwalifiki tal-applikant), u Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat / Ċertifikat tal-Kondotta skont kif applikabbli, li tali dokument irid ikun maħruġ mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, f’format pdf, li għandhom ikunu uploaded permezz tal-Portal.   Id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet hija nofsinhar (Ħin Ċentrali Ewropew) ta’ nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Frar, 2020.  Ittra elettronika ġġenerata mill-kompjuter tintbagħat bħala rċevuta tal-applikazzjoni.   Aktar  dettalji  dwar  is-sottomissjoni  tal-applikazzjonijiet jinsabu fil-provedimenti ġenerali msemmija hawn isfel.

7.1 Applikanti jingħataw sa żewġ ġranet tax-xogħol (2) wara d-data tal-għeluq jew sa żewġ ġranet tax-xogħol (2)
mid-data tan-notifika, liema tiġi l-aħħar; biex jissottomettu dokumenti mhux korretti jew mhux mimlija kif suppost.


Dispożizzjonijiet Ġenerali Oħra 

8. Provvedimenti ġenerali oħra dwar din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, b'referenza partikolari għall-:


benefiċċji applikabbli, kundizzjonijiet u regoli/regolamenti;
bdil raġonevoli għall-persuni rreġistrati b'diżabilita;
sottomissjoni ta' dikjarazzjoni ta' rikonoxximent dwar il-kwalifiki;
pubblikazzjoni tar-riżultat;
eżami mediku;
proċess sabiex tiġi sottomessa petizzjoni dwar ir-riżultat;
aċċess għall-formola tal-applikazzjoni u dettalji relatati;
żamma ta’ dokumenti;


jistgħu   jiġu   aċċessati   permezz   tas-sit   elettroniku   tad-Diviżjoni   dwar   Nies   u   Standards   fl-indirizz https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompliance/FormsandTemplates.aspx ​     jew jinkisbu mit-Taqsima tar-Riżorsi Umani, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi., Dawn il- provvedimenti ġenerali għandhom jiġu meqjusa bħala parti integrali minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Is-sit   elettroniku,    numru   tal-fax   u   indirizz   elettroniku tal-Ministeru   huma   www.homeaffairs.gov.mt   u recruitment.mhse@gov.mt.