Post ta' Supretendent (Intern)

Data: Aww 30, 2019
 
​ PS/139/80 Vol. VI
Ċirkulari HR/Pulizija Nru. 1/2019 

Korp tal-Pulizija ta’ Malta
    Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija
           Floriana

                       Data: 30 t' Awissu 2019 

Lill-Ispetturi Anzjani tal-Pulizija

POST TA’ SUPRETENDENT FIL-KORP TAL-PULIZIJA TA’ MALTA
FIL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI 

Nomenklaturi li jindikaw il-maskil jinkludu wkoll il-femminil. 

1. Il-Kummissarju tal-Pulizija jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Supretendent tal-Pulizija fil-Korp tal-Pulizija fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali.

Termini u Kundizzjonijiet

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena.

2.2 Is-salarju ta’ Supretendent tal-Pulizija huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2019 huwa ta’ €27,538 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €31,382.

Dmirijiet

3.     Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Supretendent tal-Pulizija jinkludu:

  • superviżjoni ta’ Spetturi tal-Pulizija u membri oħra tal-Korp;
  • jidderiġi u jsegwi nvestigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet;
  • imexxi d-distrett jew it-taqsima speċjali taħt il-kmand tiegħu;
  • jorganizza konferenzi għall-istaff u jimplimenta policy;
  • kull dmir ieħor assenjat mill-Kummissarju tal-Pulizija; u
  • dmirijiet oħra skont l-esigenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.
         
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma dan il-post jistgħu jinkisbu mit-Taqsima tar-Riżorsi Umani, Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Floriana.

Rekwiżiti tal-eliġibilta’

4.    Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu uffiċjali Pubbliċi fil-grad ta’ Spettur tal-Pulizija Anzjan u jilbsu tliet pips.

Sottomissjoni ta' dokumentazzjoni

5.1    Il-kwalifiki u l-esperjenza li l-persuna jkollha għandhom jintwerew b’ċertifikati u/jew dokumenti, li kopja tagħhom għandha tkun scanned u mibgħuta permezz tar-Recruitment Portal fuq https://recuritment.gov.mt. Dawn id-dokumenti ma jistgħux jiġu sottomessi aktar tard minn jumejn (2) ta’ xogħol mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, taħt l-ebda ċirkostanza.

5.2 Id-dokumenti oriġinali għandhom, mingħajr eċċezzjoni, jintwerew waqt l-intervista. 

Proċedura tal-għażla

6. L-applikanti eliġibbli jiġu assessjati minn Bord tal-Għażla biex jiġi ddeterminat min hu adatt għall-post. Il-marka massima għal dan il-proċess tal-għażla hija 100 u l-marka li persuna trid iġġib biex tgħaddi hija 60 (jekk ikunu 20 jew anqas applikanti) jew 200 u l-marka biex tgħaddi tkun 120 (jekk ikun hemm ‘il fuq minn 20 applikant).

Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

7.1    L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi għall-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija biss permezz tar-Recruitment Portal fuq l-indirizz: https://recruitment.gov.mt   (taħt Uniformed and Security) sa nofsinhar tal-Ġimgħa 13 ta’ Settembru 2019.
  
7.2  L-applikanti wara jiġu mitluba sabiex jissottomettu applikazzjoni (fuq subject form) li jintlaqgħu mid-Deputat Kummissarju inkarigat mir-Riżorsi Umani, fit-Taqsima tar-Riżorsi Umani, Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Provvedimenti ġenerali oħra

8.     Provvedimenti ġenerali oħra dwar din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, b'referenza partikolari għall-:
  • dispożizzjonijiet ġenerali oħra dwar din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, b’referenza partikolari għal perjodu ta’ prova u kundizzjonijiet oħra;
  • bdil raġonevoli għall-persuni reġistrati b’diżabilita’;
  • sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent dwar il-kwalifiki;
  • pubblikazzjoni tar-riżultat;
  • proċess sabiex tintbagħat petizzjoni dwar ir-riżultat;
  • aċċess għall-formola tal-applikazzjoni u dettalji relatati;
  • perjodu ta’ żamma ta’ dokumenti;

jinstabu fis-sit elettroniku tal-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika fl-indirizz https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompliance/FormsandTemplates.aspx jew jinkisbu mit-Taqsima tar-Riżorsi Umani, Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Floriana. Dawn id-dispożizzjonijiet ġenerali għandhom jitqiesu bħala parti integrali minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.




Lawrence Cutajar
Kummissarju
Ministeru tal-Intern u Sigurta’ Nazzjonali