L-Uffiċċju tal-Armi

Dan l-uffiċċju huwa responsabbli mill-ipproċessar tal-importazzjoni u esportazzjoni ta’ armi kif ukoll għall-approvazzjoni tal-impurtazzjoni u esportazzjoni tal-armi temporanji għal skopijiet sportivi.

Dan l-uffiċċju huwa il-punt ta’ kuntatt għad direttivi tal-Unjoni Ewropea fuq il-moviment tal-armi tan-nar ġewwa l-Unjoni Ewropea.

Fir-rigward ta’ splussiv, l-uffiċċju huwa responsabbli li jassigura li l-ammont ġust ta’ materjal splussiv  jiġi wżat waqt splużjonijiet ġo barrieri u siti ta’ kostruzzjoni. L-uffiċċju jikkontrolla wkoll il-liċenzji tal-kmamar tan-nar ta’ Malta u Għawdex.
 
​​​​​​​
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001