Rapid Intervention Unit (RIU)

Ir-Rapid Intervention Unit (RIU) li fil-preżent hija bbażata ġewwa l-kumpless tal-Pulizija f’Ta Kandja, limiti tas-Siġġiewi, ġiet bdiet topera nhar l-1 ta’ Lulju, 2013 wara li ġew magħquda żewġ skwadri flimkien; l-iSpecial Assignement Group (SAG) u l-iskwadra Mobbli.
 
L-għan ewlieni tar-RIU hu li jkun hemm preżenza ta’ Pulizija b’saħħitha fit-toroq 24 siegħa kuljum, sabiex jassistu fl-inqas żmien possibli, kemm lill-pubbliku in ġenerali, kif ukoll lil sezzjonijiet l-oħra tal-Pulizija.
 
Ir-RIU tieħu ħsieb ix-xogħol loġistiku kważi kollu tagħha, kemm f’dak li jirrigwarda manutenzjoni, kif ukoll fit-taħriġ. Apprati taħriġ lill-membri tal-istess skwarda, is-sezzjoni tar-RIU twassal taħriġ speċjalizzat lil diversi sezzjonijiet oħra fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
 
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001