Immigrazzjoni

L-ikbar taqsima tal-Special Branch hija dik tal-immigrazzjoni. L-għan prinċipali ta’ din is-sezzjoni huwa li tikontrolla d-dħul ta’ nies madwar il-gżira, li jinkludu kontrolli kontra l-immigrazzjoni illegali, prevenzjoni ta’ dħul ta’ nies b’mod illegali u s-sejbien ta’ dokumenti foloz. Fl-Ajruport Internazzjonali ta’Malta hemm stazzjonati uffiċali tal-Immigrazzjoni flimkien ma’ uffiċjali ċivili filwaqt li uffiċjali oħra jwettqu dmirijiet fi-Sea Terminal tal- Belt Valletta, il-Yatch Marina Ta’ Xbiex u tal-Imġarr Għawdex.

Biex jitjieb il-proċess ta’ dħul fil-pajjiż, ġiet imtella’ sistema ta’ l-aħħar teknoloġija fl-Ajruport Internazzjonali ta’Malta kif ukoll fis-Seaport. Ma dan żdiedet ukoll is-Central Document Examination Unit, li fija jaħdmu uffiċjali mħarġa professjonalment. Din tinstab fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn hemm ukoll is-Central Immigration Office.

Is-Central Immigration Office tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jitratta kwistonijiet varji li għandom x’jaqsmu m’espatrijat. Dan l-uffiċju hu fdat bl-ipproċessar ta’ viżas, kif ukoll affarijiet relatati ma persuni barranin li jinkludu proċessar għat-talbiet ta’ permissi tar-residenza, ipproċessar ta’ fajls tal-akkwist tal-proprjetà, talbiet għan-nazzjonalita’ u permessi tax-xogħol.

Unita’ fi ħdan is-sezzjoni tal-Immigrazzjoni titratta investigazzjonijiet varji relatati ma’ l-immigrazzjoni. Uffiċjali f’din l-unita’ huma responsabbli li joħorġu avviżi ta’ ritorn lill-persuni ta’ pajjiżi tat-tielet dinja li jinstabu joqogħdu illegalment ġewwa pajjiżna. Din l-unita’ hijja responsabbli għall-arranġamenti ta’ ripatrijazzjoni u skorti ta’ nies barranin li joqogħdu illegalment ġewwa l-pajjiż u r-ripatrijazzjoni ta’ immigranti irregolari li jaslu fil-pajjiż fuq dgħajjes mir-reġjun tal-Afrika ta’ Fuq. Għal din ir-raġuni hemm ko-operazzjoni sħiħa mal-Uffiċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati biex jiġi aċċertat  li dawk li jitolbu għall-istat ta’ refuġjat jiġu mgħotija l-faċilitajiet u l-assistenza kollha sabiex it-talba tagħhom tiġi moqdija fil-proċess kollu.

Minħabba l-influss qawwi ta’ immigranti irregolari li jaslu fil-pajjiż bid-dgħajjes, f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew miftuħa ċentri ta’ akkomodazzjoni.

Minħabba id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja infetħet l-International Relations Unit. Qabel ma kienet teżisti din l-unita’ l-unika sezzjoni fil-Korp tal-Pulizija li kienet tikkomunika ma’ Korpi ta’ Pulizija barranin kienet l-Interpol, li ġiet mwaqqfa fl-1972. L-International Relations Unit tikkonsisti fl-Uffiċju tal-Interpol li internazzjonalment huwa magħruf bħala National Central Bureau (NCB), il-Europol National Unit is-SIRENE Office u L-Unita’ Kontra Terroriżmu.

L-Istruttura Tal-IRU

Fid-dawl ta’ sfidi ġodda miġjuba mas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea s-sezzjonijiet responsibbli għall-ko-operazjoni bejn il-Pulizija internazzjonali nġabru flimkien fi struttura ġenerali magħrufa bħala International Relations Unit.

Intrerpol bħala organiżazzjoni

L-ewwel kuntatti bejn il-Korpi tal-Pulizja madwar id-dinja bdew fil-perjodu mgħaruf bħala tal-inter-war bl-Internation Criminal Police Congress. F’dan il-perjodu saru sforzi sabiex tiġi stabbilita organiżżazjoni internazjonali tal-Pulizija. It-terminu ‘Interpol’ ġie maħluq fl-1946. Minn hemm il-quddiem din l-organiżazzjoni kibret tant li waqfet diversi datebases u organiżżat  inizjattivi u programmi mmirati għall-prevenzjoni ta’ reati partikolari. Skont il-kostituzzjoni tal-Interpol, l-ebda attivita’ ma tista’ tkun ibbażata fuq politika, razza jew reliġjon.
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001