Id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali

Ir-rwol primarju ta’ dan id-dipartiment huwa li jipprevedi s-sejbien ta’ delinkwenti.

L-għan ewlieni ta’ dan id-Dipartiment huwa li jagħti l-aqwa kwalita` ta’ servizzi investigattivi possibli.  Dan isir sabiex dawk il-persuni li jikkommettu reat kriminali jinżammu responsabbli għal egħmilhom.

F’dan ir-rigward, il-Pulizija ħolqot kuntatt mal-Kunsilli Lokali.  L-ewwel għan ta’ dan il-kuntatt huwa l-prevenzjoni ta’ reati.

Ġew introdotti il-Police Liason Officers - sistema ġdida sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalita`.  Din ir-rappreżentazzjoni għenet sabiex jerġa jiġi mnissel is-sens ta’ rispett li kien igawdi l-Korp tal-Pulizija.  Dan kien ifisser li l l-komunita` kellha rwol pro-attiv fil-ġlieda kontra l-kriminalita`.

Id-djalogu u l-persistenza saru fatturi importanti meta wieħed jiġi wiċċ imb’wiċċ ma’ ċerti kwistjonijiet soċjali li jistgħu jkunu qed idejqu il-komunita`.

Skawra kontra l-Omiċidji

Din l-Iskwadra fi ħdan id-DIK ġiet maħluqa bil-għan ewlieni li jkun dak li tirrevedi dawk il-kazijiet ta’ omiċidji li baqgħu mhux solvuti kif ukoll tinvestiga dawk l-omicidji li jseħħu.

Din l-iskwadra inħolqot fl-2003 u permezz ta’ investigazzjonijiet twal, xoghol siewi u determinazzjoni kbira mill-Pulizija, fl-2005 solviet tlett omicidji minn erba li seħħew, filwaqt li l-investigazzjonijiet dwar l-aħħar omiċidju għadhom għaddejjien.

Is-sena 2005 kienet sena ta’ suċċessi għal din l-iskwadra meta matul investigazzjonijiet instabet evidenza ġdida f’erba kazijiet li seħħew fil-passat.  Tnejn mill-kazijiet, li imorru lura għas-snin tmenien, ġew solvuti.

Suċċessi oħra matul din is-sena kienu investigazzjonijiet fi tlett kazijiet ta’ attentati ta’ omiċidji kif ukoll assistenza mgħotija lill-iSpecial Branch f’kaz li jikkonċerna mewta suspettuża ta’ numru ta’ persuni ta’ nazzjonalita` Ċiniza li nstabu mejta fil-bahar bejn Malta u Sqallija.

Cultural Heritage Crime Unit

Il-kummerċ illegali ta’ xogħolijiet artistiċi huwa t-tieni l-ikbar suq ta’ attivita` kriminali wara dak ta’ drogi u armi.  Kawża ta’ dan, il-Korp tal-Pulizija ħass li kien hemm il-bżonn li jiżvilluppa l-kapaċitajiet investigattivi f’din l-attivita` kriminali.

Din l-iskwadra tittratta każijiet li jinvolvu propjeta` kulturali u huma importanti fil-protezzjoni ta’ wirt kulturali nazzjonali, regjonali u internazzjonali.

Il-kapaċitajiet investigattivi fi ħdan din it-taqsima ġew mtejba wara taħrig li sar kemm mal-Interpol kif ukoll mal-Europol.  Dan it-taħriġ għolla l-livell tal-Unit għal wieħed Ewropew.  It-twaqqif ta’ din l-iskwadra saret bil-għan li l-ġlieda kontra dan it-tip ta’ reat isir anke b’koperazzjoni ma’ Pulizija oħra kemm fl-Ewropa kif ukoll dawk internazzjonali.

Ir-reati investigati minn din l-Iskwadra ivarjaw minn serq u traffikar ta’ xogħlijiet tal-arti, theddid u vandaliżmu fuq assi kulturali, skavi illegali, plundering ta’ siti arkeologiċi, traffikar ta’ xogħlijiet tal-arti permezz tal-internet kif ukoll Interpol alert notices.

Spezzjonijiet u tiftix kemm f’marinas kif ukoll fi nħawi kostali jgħinu fil-kontroll u l-prevenzjoni ta’ xi moviment illegali fi ħdan l-Unjoni Ewropeja kif ukoll l-importazzjoni u esportazzjoni illegali lejn u mill-gżejjer Maltin.

L-iskop ta’ din l-unita huwa wkoll li jqajjem kuxjenza kemm fil-Korp tal-Pulizija stess kif ukoll mal-pubbliku  ġenerali dwar dak li huwa magħruf bhala cultural property crime.  Dan iseħħ kemm permezz ta’ lezzjonijiet li jingħataw fl-Akkademja tal-Pulizija kif ukoll permezz ta’ seminars u attivitajiet pubbliċi.

Stolen Vehicle Section

Din is-sezzjoni taf il-bidu tagħha fl-1993 bil-għan li jitrażżan is-serq ta’ vetturi, serq li jinvolvi vetturi kif ukoll l-importazzjoni ta’ vetturi misruqin.

Din il-unit hija maqsuma f’żewg taqsimiet; taqsima teknika u tim investigattiv.  It-tim investigattiv għandu rwol li jipprevedi dawk ir-reati serji li jinvolvu vetturi, reati li jistgħu jwasslu għal proċeduri  fil-Qorti.  Eżempju ta’ dawn ir-reati jivolvu serq minn u ta’ vetturi, traffikar ta’ vetturi għal importazzjoni u/jew esportazzjoni, frodi ta’ assigurazzjoni, falsifikazzjoni ta’ numri ta’ vetturi, ħruq ta’ vetturi u ħsarat volontarji serji.

It-taqsima teknika tal-SVS huma nvoluti fi spejjzjonijiet ta’ identifikazzjonijiet ta’ vetturi.  Eżempju ta’ dawn l-identifikazzjonijiet jinkludu numru tax-chassis u tal-magna kif ukoll dokumenti relattivi.

Vetturi użati u impurtati minn pajjiżi barranin jiġu ukoll spezzjonati minn din is-sezzjoni wara li tkun instabet xi diskrepanza minn Transport Malta.  Spezzjonijiet oħra isiru ukoll fuq dawk il-vetturi li jkunu fallew it-test tal-VRT kawża ta’ diskrepanza fl-identifikazjoni fil-karozza.

Din it-taqsima taħdem id f’id kemm mal-Europol kif ukoll mal-Interpol fir-rigward ta’ talbiet għal informazzjoni dwar vetturi.  Dan isir f’reati ta’ kriminalita` organizzata ta’ serq u traffikar ta’ vetturi.
 
​​​
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001