SIRENE Bureau

Is-SIRENE Bureau hija komposta minn uffiċjali li jirrispondu għal alerts mibgħuta minn pajjizi membri fix-Schengen, jagħtu  struzzjonijiet għal alerts posittivi li jaslu Malta, kif ukoll jdaħħlu alerts minn Malta. Alerts fi SIS II jinkludu persuni mfittxija, persuni mitlufa, aliens, vetturi misruqa, armi tan-nar, karti tal-flus u xogħolijiet tal-arti misruqa.

Is-SIRENE Bureau tagħti aċċess li Schengen Information System (SIS) li hija sistema Ewropea ta’ informazzjoni b’saħħitha ħafna li hija disponibbli ukoll għall-Pulizija ta’ Malta.

Is-SIS taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-iSpecial Branch  u hijja kunsidrata bħala waħda mill-aqwa sistemi li toffri benefiċċji  għall-Pulizija u għall-ħarsien ġenerali għas-sigurta’ tal-pubbliku. Xogħolijiet oħra mportanti fi ħdan l-unita’ huma il-ftuħ ta’ files li jirrigwardaw persuni nieqsa, avviżi (Homor, Suwed, Sofor, Blu, Hodor u dan l-aħħar Interpol-UN Avviżi Speċjali fuq Terroriżmu), persuni mfittxija jew persuni li tkun mitluba il-lokazzjoni tagħhom li jiġu riferuti lis-Servizzi Sigrieti ta’ Malta u informazzjoni rigward xogħolijiet t’arti misruqa li wara tiġi mgħoddijja li-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
​​​​
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001