Precision Drill Tim tal-Pulizija

Il-Precision Drill Team tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta ġie mwaqqaf fis-sena 1988 u kien jissejjaħ is-Silent Drill Team.
 
Waqt il-wirja dan it-tim juża formazzjoni ta’ 21 persuna.
 
Dan it-tim magħmul minn uffiċjali tal- pulizija, irġiel u nisa li ġejjin minn diversi sezzjonijiet fi ħdan il-Korp fejn huma meħtieġa li jaqsmu  x- xogħol tagħhom bejn id-dmirijiet normali tal-Pulizija u t-taħriġ tad-drill.
 
Il-ħtiġijiet ewlenin sabiex wieħed jingħaqad ma’ dan it-tim tant stmat, u li hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa vetrini tal-Korp tal-Pulizija, huma d-dixxiplina u l-kuraġġ.
 
L-ebda ordni ma tingħata waqt l-għaxar minuti wirja li tinvolvi mall-200 manuvra riskjuża.
 
Waqt il-wirja, jiġi użat il-.303 Lee Enfield Rifle Mk IV (1941), li jiżen bejn wieħed u ieħor 4.5Kg. Il-manuvri kollha jiġu mwettqa bil-bajunetti mwaħħla, li jagħmlu il-wirja ferm iktar riskjuza u attraenti. Il-wirja tinvolvi tfiħ tar-rifles fl-ajru, minn fuq l-irjus tal- istess membri tat-tim.
 
Waqt il-wirja, kull membru jrid jimmemorizza r-rutina kollha tal-wirja u jeżegwixxi din ir-rutina mingħajr ma jingħata ebda ordni verbali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li kull membru jaħdem b’ mod kollettiv mal- membri l- oħra tat- tim u fl- istess ħin iżomm konċentrazzjoni sħiħa.
 
Matul is-snin, it-tim ta prestazzjonijiet f’okkazjonijiet differenti kemm lokali kif ukoll barra minn Malta.
 
Fl-1998 id-Drill Team kien mistieden mill-International Police Association sabiex jagħti wirjiet ġewwa l-Olanda,  waqt iċ-ċelebrazzjonijiet li kkommemoraw is-750 Anniversarju tal-Belt ta’ The Hague.
 
Il-motto tal-Precision Drill Team huwa “Ritmu, Eleganza u Preċiżjoni”. B’uniformi sabiħa, id-drill tim jirrifletti l-integrita’, d-dixxiplina u teamwork ta’ kull uffiċjal tal-Pulizija.
 
It-tim jitmexxa mill-Ispettur Justin Camilleri, wara li kien daħal membru fl- istess tim fl-1994 fir-rank ta’ kuntistabbli.
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001