L-Operations Room, taħdem indipendentament mill-Command and Control Room, fejn din tieħu ħsieb fuq bazi ta’ kuljum ix-xogħol tal-Pulizija.
Din hija użata f’każijiet ta’ ċertu importanza li jirrikjedu sforz konċentrat minn diversi dipartimenti tal-Gvern. Eżempju, din kienet użata matul iċ-CHOGM, fejn laqgħet fiha, uffiċjali mill-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Awtorita` tas-Saħħa. Dawn l-entitajiet kienu qed jaħdmu f’armonija mal-Korp tal-Pulizija u l-preżenza fiżika tagħhom kienet essenzjali biex tassigura tmexxija tajba f’dawn l-attivitajiet. F’każ ta’ materji ta’ mportanza nazzjonali din is-sistema tiġi adottata u kif ukoll sistema ta’ CCTVs u Radio Base jiġu wkoll imwaqqfa u mmoniterjati f’kull ħin matul l-eżerċizzju kollu.
Din tiġi wkoll użata f’każijiet, fejn attivitajiet ta’ ċertu entita` jiġu mmexxija esklussivament mill-Korp tal-Pulizija, bħala eżempju wieħed jista’ jsemmi l-Elezzjonijiet Ġenerali u meta l-Eċċellenza tiegħu, il-Papa Benedittu Sittax żar Malta f’April tal-2010. F’każijiet bħal dawn, ikun hemm bżonn ta’ moniteraġġ ta’ dak kollu li jkun qed jiġri u kif ukoll jinżam rekord tal-postijiet ta’ votazzjoni, kaxxi tal-votazzjoni u kif ukoll is-sigurta` personali tal-VIPs.