Il-ħasil ta’ flus huwa ċaqliq ta’ flus li huma ġejjin minn investigazzjonijiet kriminali permezz ta’ transazzjonijiet kumplessi. Dawn it-transazzjonijiet isiru sabiex l-oriġini vera u sid il-flus tiġi mistura. Dan ir-reat huwa relattivament ġdid. It-terminu money laundering jaf il-bidu tiegħu fil-Prohibition Era fl-Amerka meta gruppi ta’ kriminalita` organiżżata stabilixxew launderies sabiex jiġi mistur qliegħ minn bejgħ illegali ta’ alkoħol.
Fl-1994, pajjiżna waqqaf il-legiżlazzjoni – Kapitlu 373; Att kontra l-Money Laundering. Bis-saħħa ta’ dan l-att “il-konverżjoni jew trasferiment ta’ proprjetà li jkun mifhum jew issuspettat li dik il-proprjetà tkun direttament jew indirettament miġjuba minn attività kriminali għall-skop ta’/jew skopijiet ta’ ħabi jew wiri ħaga b’ohra tal-oriġini tal-proprjetà jew ta’ għoti ta’ għajnuna lil xi persuna jew persuni involuti jew konċernati f’attività kriminali” saret meqjusa bhala offiża. “Ir-ritenzjoni mingħajr skuża raġonevoli ta’ proprjetà meta wieħed ikun jaf jew jissuspetta li l-istess proprjetà tkun inkisbet jew oriġinat direttament jew indirettament minn attività kriminali jew minn att jew atti ta’ parteċipazzjoni f’attività kriminali” ukoll ġiet stabbilita bħala reat.
Fid-dawl ta’ dan ir-reat ġdid, fl-2001 ġiet imwaqqfa l-Money Laundering Unit. Din it-taqsima ġiet mogħtija l-karigu ta’ kummissjonijiet rogatorji relatati mal-ħasil ta’ flus. Dawn huma talbiet li jiġu sottomessi uffiċjalment minn netwerks ġudizzjarji, minn awtoritajiet barranin biex jipprovdu assistenza fir-rintraċċar, tiftix, intervisti u tassigura evidenza kif ukoll xi xhieda ta’ każijiet ta’ ħasil ta’ flus barra minn Malta.
Minn mindu ġiet stabbilita` din l-unita’, kien hemm diversi każijiet fejn il-Pulizija Maltija tat l-assistenza tagħha lil aġenziji tal-infurzar tal-liġi. L-assistenza li taw l-Awtoritajiet Maltin wasslu għal kundanni fir-Renju Unit kemm f’każijiet ta’ ħasil ta’ flus kif ukoll f’każijiet relatati ma’ frodi tal-VAT. Din it-taqsima kellha sehem ukoll f’investigazzjonijiet relatati ma’ kutrabandu ta’ sigaretti madwar l-Ewropa