Interpol

L-ewwel kuntatti bejn il-Korpi tal-Pulizja madwar id-dinja bdew fil-perjodu mgħaruf bħala tal-inter-war bl-Internation Criminal Police Congress. F’dan il-perjodu saru sforzi sabiex tiġi stabbilita organiżżazjoni internazjonali tal-Pulizija. It-terminu ‘Interpol’ ġie maħluq fl-1946. Minn hemm il-quddiem din l-organiżazzjoni kibret tant li waqfet diversi datebases u organiżżat  inizjattivi u programmi mmirati għall-prevenzjoni ta’ reati partikolari. Skont il-kostituzzjoni tal-Interpol, l-ebda attivita’ ma tista’ tkun ibbażata fuq politika, razza jew reliġjon.
 
Interpol F’Malta
 
Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta issieħeb mal-Interpol fl-1972 wara diskussjonijiet intensivi bejn il-Gvern Malti u l-awtoritajiet tal-Interpol. Dak iż-żmien, l-uffċju tal-Interpol kien wiehed żgħir, madankollu l-uffiċju beda jikber u fi snien tmenin dan sar wieħed indipendenti. Sadanittant il-mezz ta’ komunikazzjoni bejn l-NCB lokali u dawk ta’ barra ġie żviluppat. Qabel l-1990 l-uffiċju lokali kien jikkomunika mal-NCB barrnin permezz ta’ telegraphic message system. Fl-1994  sistema magħrufa bħala X-400  giet mtella fl-Uffiċju ta’ l-Interpol filwaqt li  fl-2003 sistema iktar effiċejnti I 24/7 ġiet introdotta.
 
Xogħolijiet importanti mwettqa minn din l-unita’ huma li jirċievu messaġġi u jintbgħatu talbiet mingħand unitajiet oħra ġewwa l-Korp lil Korpi barranin; ivvettjar ta’ barranin li japplikaw għall-permessi tar-residenza u ta’ xogħol flimkien ma’ vvettjar ta’ karozzi  li jinġiebu ġewwa Malta permezz ta’ sistema ASF (Automatic Search Facility).
 
Il-Europol tipproċessa l-informazzjoni skont ir-reati. Il-proċeduri nterni u l-qafas legali tal-Pulizija lokali ġew addattati sabiex jifaċilitaw l-użu tal-istruttura tal-Europol. L-istrutturi tal-Europol ġeneralment jiġu wżati fejn jkun hemm suspett t’attivita ta’ kriminalita’ organizzata jew fejn l-attivita’ tal-kriminalita’ tkun qed iseħħ bejn xi fruntieri.
hemm suspett t’attivita ta’ kriminalita’ organizzata jew fejn l-attivita’ tal-kriminalita’ tkun qed iseħħ bejn xi fruntieri.
​​​​
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001