Unit għar-Relazzjonijiet Internazzjonali

Minħabba id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja infetħet l-International Relations Unit. Qabel ma kienet teżisti din l-unita’ l-unika sezzjoni fil-Korp tal-Pulizija li kienet tikkomunika ma’ Korpi ta’ Pulizija barranin kienet l-Interpol, li ġiet mwaqqfa fl-1972. L-International Relations Unit tikkonsisti fl-Uffiċju tal-Interpol li internazzjonalment huwa magħruf bħala National Central Bureau (NCB), il-Europol National Unit is-SIRENE Office u L-Unita’ Kontra Terroriżmu.

L-Istruttura Tal-IRU

Fid-dawl ta’ sfidi ġodda miġjuba mas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea s-sezzjonijiet responsibbli għall-ko-operazjoni bejn il-Pulizija internazzjonali nġabru flimkien fi struttura ġenerali magħrufa bħala International Relations Unit. ​​​
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001