Uffiċċju tal-Affarijiet Interni

Il-missjoni ta’ dan l-uffiċċju huwa li jsostni u jassigura l-integrita’ tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ sistema interna ta’ investigazzjoni li hija oġġettiva, ġusta, ekwa u mparzajali.

Hija ir-responsabbilta’ ta’ dan l-uffiċċju li jinvestiga l-ilmenti jew allegazzjonijiet fuq każijiet ta’ korruzzjoni, uzu ta’ forza eċċessiva u ksur tal-politika tal-Korp, proċedura u kodiċi ta’ l-etika. Waqt li l-uffiċċju jkun qed jaqdi l-irwol tiegħu, jassigura li d-drittijiet taċ-ċittadin, il-ħaddiema u l-Korp innifsu jiġu mħarsa f’kull ħin, u il-kunfidenzjalita` tiġi mħarsa bl-aktar mod strett.
 
​​​​​
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001