Ir-riorganizzazjoni tal-1997 ġabet bidla kulturali fid-dipartiment tar-riżorsi umani fi ħdan il-Korp, li qabel kien mgħaruf bhala il-Personnel Section. Illum wieħed jista’ jgħid li d-dipartiment, permezz ta’ strateġija ġdida, sar aktar proattiv u qed ifittex li kontinwament jiskopri modi ġodda ta’ kif jiġu utilizzati r-riżorsi tiegħu b’mod mill-aktar produttiv, b’hekk dan jgħati lill-Pulizija vantaġġ sabiex itejjeb il-mod tiegħu ta’ kif jopera.
Dan ifisser li d-dipartiment huwa parti importanti mill-istruttura maniġerjali, u jassigura kommunikazzjoni aktar effiċjenti bejn il-personnel, materji ta’ kwalita` rigward saħħa u professjonalita`, u dan kollu jsarraf f’servizz ta’ kwalita` aħjar.
Rwoli oħra jinkludu l-amministrazzjoni ta’ informazjoni u sigurta` u relazzjonijiet bejn il-ħaddiema.