Il-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Pulizija ta’ Malta ġie mwaqqaf fil-bidu tas-snin tletin bil-bidu tas-sezzjonijiet tal-Fingerprints, Ballistika u Fotografija. M’hemmx informazzjoni uffiċjali tad-data ta’ meta bdew dawn is-sezzjonijiet, iżda ċirkulari interna tal-1931 tagħti ħjiel tal-eżistenza tagħhom. Din iċ-ċirkulari turi li żewg uffiċjali mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali ġew appuntati sabiex janaliżżaw xi fingerprints minn fuq ix-xena tar-reat.
Kien fil-bidu tas-snin tmenin, meta ġiet imwaqqfa s-Sezzjoni tal-Isplussiv. Sfortunatament din is-sezzjoni kellha tiġi mwaqqfa milli topera wara incident li seħħ sentejn wara, fejn żewg Pulizija tilfu ħajjithom waqt operazzjoni biex jintrema xi splussiv. Dan l-incident sehh fuq patrol boat u flimkien maz-zewg membri tal-Korp, mietu wkoll seba’ membri tal-Forzi Armati.
Fl-1984 ġiet imwaqqfa s-Scene of Crime Unit fejn matul is-snin din saret l-iktar sezzjoni importanti gewwa l-Laboratorju tax-Xjenza Forensika. Is-sezzjonijiet tekniċi ġew magħquda kollha f’daqqa biex jiffunzjonaw bħala tim wieħed biex jagħmlu s-Sezzjoni tal-Forensika, l-unika waħda tax-xorta tagħha fis-suq Malti. M’hemm l-ebda laboratorju ieħor lokali li jipprovdi servizz komplut bħal ma joffri dak tal-Korp tal-Pulzija. Dawn is-servizzi jigu offruti kemm għal Inkjesti Maġisterjali, ordnijiet mill-Qorti waqt xi kumpilazzjoni u kull tip ta’ xogħol xjentifiku iehor waqt investigazzjonijiet tal-Pulzija.
Fl-1995 u fis-sena ta’ wara s-Scene of Crime Unit kibret billi iktar Pulizija ġew stazzjonati fi ħdana. Taħriġ professjonali ġie mogħti gewwa d-Durham National Training Centre, fejn l-uffiċjali gew mogħtija tahrig fuq il-ġestjoni tax-xena tar-reat kif ukoll kif wieħed jiġbor l-evidenza.
Proċess li ma jieqaf qatt ġewwa dan il-Laboratorju huwa l-investiment f’apparat ġdid għall-preservazzjoni tal-evidenza. L-integrita` għall-evidenza hija ta’ importanza assoluta għall-ġestjoni tax-xena tar-reat, b’hekk it-tim kollu jimxi ma’ protocols u proċeduri li jiżguraw dan kollu.
Uffiċjali minn dan il-Laboratorju ġew magħżula sabiex jitħarrġu barra minn Malta fuq Fingerprints analysis u kif jużaw is-sistema Automated Fingerprints Identification System (AFIS). F’din is-sistema jinżammu fingerprints ta’ nies suspettati, persuni misjuba ħatja u fingerprints elevati minn fuq xeni tar-reat. Aktar kmieni din is-sena, il-Korp tal-Pulizija investa f’sistema ġdida li mhux biss tqabbel u taħżen fingerprints imma hija kapaċi wkoll li taħżen u tqabbel marki tal-pala tal-id u hypo-linear prints. Din is-sistema tal-aħħar teknoloġija hija mqabbda ma’ network tal-Europol fejn kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea jista’ jara u jpoġġi informazzjoni ġo fija.
Biex tassisti lill-ufficjali tax-xena tar-reat, ġiet imwaqqfa il-Chemical Enhancment Unit. Din hija responsabbli għall-iżvilupp ta’ fingerprints minn fuq ogġetti, bl-użu ta’ kimiċi. Jiġi użat tagħmir tal-għola kwalita` li huwa wkoll konness mas-sistema AFIS. Din is-sezzjoni hija wkoll responsabbli għar-restawr ta’ serial numbers li jkunu tħassru.
Minħabba ż-żieda ta’ immigrazzjoni mill-Afrika u Lvant imbieghed li maghha gabet zieda ta’ passaporti foloz, fl-2002 ġiet imwaqqfa n-National Document Examination Unit. Din it-taqsima li hija mmexxija minn esperti fuq dokumenti, teżamina passaporti u dokumenti oħra tal-ivjaġġar. Din it-taqsima tezamina wkoll ittri anonimi u kull materjal ta’kitba.
Is-sena li għaddiet il-Korp tal-Pulizija investa f’sistema ta’ informazzjoni għad-DNA li tħallik tara u titfa informazzjoni ta’ profili ta’ DNA ma pajjizi oħra membri tal-Unjoni Ewropea; dan skont it-trattat ta’ Prum. F’din is-sistema jidħlu profili li jkunu ġew elevati minn fuq xeni tar-reat, profili ta’ katavri mhux identifikati u profili ta’ persuni misjuba ħatja, u jigu maqsuma ma’ databases oħra barranin.