Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa kommess li jaġġorna u jimmodernizza bil-għan li jżomm mal-bidliet li qed iseħħu madwarna inkluż iż-żieda ta’ reati u kriminali innovattivi. Matul is-sena 2020 id-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji (FCID) għadda minn biddliet sinifikanti u llum huwa l-akbar unit investigattiv tal-Korp, b’madwar 100 membru fi ħdanu.
F’Settembru 2020, l-FCID ġie rilokat f’binja ġdida ta’ 4 sulari f’Santa Venera, b’2,600 metru kwadru ta’ uffiċini u parkeġġ, mibni speċifikamenti sabiex jilqa’ fih il-bżonnijiet kurrenti u futuri tad-Dipartiment.
l-FCID huwa magħmul minn żewġ skwadri ewlenin, l-Iskwadra Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terrur, u l-Iskwadra tar-Reati Ekonomiċi li tiffoka fuq reati ekonomiċi kumplessi kif ukoll korruzzjoni.
F’Settembru 2020 ġie mwaqqaf ukoll tim investigattiv ii jispeċjalizza fuq reati marbuta mal-evażjoni tat-taxxa (Tax Compliance Office), filwaqt li l-unit tal-Analiżi tar-Reat Finanzjarji u l-unit tal-Blockchain ukoll jagħmlu parti minn dan id-Dipartiment.
L-FCID huwa dipendenti ħafna fuq il-kooperazjoni kemm nazzjonali u internazzjonli ta’ aġenziji oħra tal-infurzar tal-liġi u għadaqstant riċentament twaqqaf ukoll Uffiċċju għar-Relazzjonijiet Internazzjonali, bl-għan ewlieni tiegħu jkun li jipproċessi affarjiet ta’ materji internazzjoni, kif ukoll ikun il-punt ta’ referenza mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.