Uffiċċju Unjoni Ewropea

L-Uffiċċju tal-UE tal-Pulizija ġie mwaqqaf f’nofs Mejju tal-2004 minħabba d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea nhar l-1 ta Mejju 2004. Dan l-uffiċċju huwa strutturat skont speċifikazzjonijiet tal-UE sabiex jintlaħqu l-kwalitajiet ta’ stati membri oħrajn ġewwa l-UE.
 
L-uffiċċju tal-UE huwa mmexxi minn erba` uffiċjali tal-Pulizija, Spettur tal-Pulizija, Surġent u żewġ kuntistabbli li jaqaw taħt ir-responsabbilita` ta’ l-Assistent Kummissarju inkarigat mill-UE u l-uffiċju legali.
 
Waħda mill-funzjonijiet prinċipali tal-uffiċċju ta’ l-UE huwa l-ipproċessar ta’ dokumenti li jiġu minn diversi Ministeri u kif ukoll minn diversi organizzazjonijiet barranin. Informazzjoni li tasal minn dawn id-dipartimenti tvarja minn deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-UE għal regoli għall-programmi ta’ taħrig għall-uffiċjali tal-Pulizija.
 
Fil-fatt, l-uffiċċju tal-UE jipproċessa informazzjoni li tasal minn diversi organiżżazjonijiet fi ħdan l-UE, inkluż il-Kunsill tal-UE, il-Kummisjoni ta’ l-UE, Europol, CEPOL, TAIEX, etc, fir-rigward ta’ seminars, konferenzi, working groups u training seminars. Dan it-taħriġ joffri  lill-uffiċjali tal-Pulizija ċans sabiex jiffamiljariżżaw ruhom ma’ metodi ġodda kif ukoll ġbir ta’ informazjoni, b’hekk titjib l-effiċjenza u l-kompetenza ġewwa l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001