Skwadra ta’ Kontra Droga

L-ewwel investigazjonijiet ta’ reati reletati mad-droga ġewwa Malta, saru fi s-snin sebgħin. Dawn l-investigazjonijiet saru minn uffiċjali li kienu stazzjonati ġewwa id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali.

Fl-aħħar tas-snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin l-iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji  kienet infurmata bir-responsabbilita’ li tinvestiga reati relatati mad-droga, kif ukoll reati bħall- prostituzzjoni, logħob illegali, eċċ. L-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji kienet parti mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali u waqat taħt ir-risponsabbilita’ tas-Supretendent tad-DIK.

F’Novembru tal-1995 l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ġiet iffurmata bħala entita’ separata mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji għalkemm it-tnejn baqaw fi ħdan id-DIK. Fil-1997, l-Iskwadra  ta’ Kontra d-Droga saret parti minn dipartiment ġdid li jikkonsisti mill-Iskwadri ta’ Kontra l-Vizzji, Droga u Reati Ekonomiċi, u dan taħt Assisstent Kummissarju.

F’Novembru tal-2003 L-Iskwadra ta’ Kontra Droga ġiet stabbilita’ bħala dipartiment separat taħt il-kariga ta’ Assistent Kummissarju.

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi hija responsabbli li tinvestiga esklussivament ir-reati relatati mad-drogi. Dawn jinkludu investigazzjonijiet wara xi sejba minn aġenziji tal-infurzar, każijiet ta’ overdoses, u l-aktar importanti, investigazzjoni ta’ traffikar tad-drogi minn xi individwi jew organizzazjoni. L-Iskwadra tieħu attitudni pro-attiva fl-investigazzjonijiet tagħha billi tiffoka fuq individwi u gruppi ta’ individwi li joperaw f’dan il-qasam.

Operazzjonijiet li jirrizultaw f’sejba ta’ drogi f’ammonti konsiderevoli huma riżultat ta’ investigazzjonijiet fit-tul.

Meta wieħed izomm f’moħħu n-natura internazzjonali tat-traffikar tad-drogi u l-importanza tal-koperazjoni internazzjonali fil-qasam, l-Iskwadra ta’ Kontra Droga minn dejjem għamlet ħilitha sabiex tistabilixxi u tmantni relazzjonijiet tajba m’aġenziji tal-infurzar tal-liġi f’pajjizi oħrajn. B’rizultat tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, din il-koperazjoni ħadet dimensjoni oħra b’rispett lejn is-sħab ta’ Malta ġewwa l-U.E. u l-istituzzjonijiet fi ħdana.

B’riżultat ta’ din il-koperazjoni aktar b’saħħita, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga bdiet tipparteċipa f’investigazzjonijiet internazzjonali. Saret ukoll possibbli li tintalab assistenza  lill-pajjiżi membri  gewwa l-U.E. Dan sabiex jiġu traċċati traffikanti tad-droga li jissuplixxu d-droga ġewwa Malta u li issa cedew ruhom jew qegħdin fil-proċess li jgħamlu dan ġewwa Malta, sabiex dawn ikunu jistaw jiġu mħarka fil-Qrati lokali.

F’ħafna okkażjonijiet, din l-iskwadra ipparteċipat f’seminars u workshop f’pajjiżi differenti ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll, ġew organiżżati ġewwa Malta workshops taħt il-patrunaġġ tal-Amministrazjoni tal-Infurzar tad-Droga tal-Amerika.

Għalkemm l-irwol principali tal-Pulizija, hija li tinforza l-ligi, l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tieħu wkoll rwol pro-attiv fil-qasam tal-prevenzjoni tad-droga, billi tieħu sehem f’attivitajiet varji organiżżati matul is-sena mill-iskejjel, għaqdiet reliġjużi u taż-żgħażagħ, kif ukoll organiżżazjonijiet oħra ċivili.
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001