Sezzjoni tal-Klieb

F’din id-dinja ta’ teknoloġija, il-Korp tal-Pulizija xorta waħda jħoss il-ħtieġa li jintużaw il-klieb l-iktar f’materji relatati maż-żamma tal-paċi u l-ordni pubblika.

L-ewwel klieb li ġew utilizzati mil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, kienu grupp ta’ erbat iklieb tar-razza German Shepherd, fejn dawn kienu mħarrga sabiex jintużaw għall-ordni pubbliku u kif ukoll għall-kontroll tal-folol.

Is-sezzjoni tal-klieb fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, hija maqsuma f’żewg taqsimiet - dawk il-klieb li jintużaw għall-protezzjoni u attakk u dawk il-klieb li jintużaw għat-tfittxijiet (splussiv u narkotika).

Il-klieb tal-protezzjoni u attakk huma dawk li huma mħarrġa biex jattakkaw u jaqbdu l-kriminali, kemm b’azzjoni kontra xi offiża u kif ukoll bħala deterrent.  Il-klieb huma normalment użati fi grawnds tal-futbol, sabiex jiġi assigurat l-ordni pubbliku u bħala kontroll tal-massa u anki matul rondi f’żoni remoti u rurali madwar Malta.

Rwol ieħor importanti huwa l-protezzjoni ta’ diriġenti u figuri pubbliċi li jkunu qed iżuru l-gżejjer tagħna.

Id-dmirijiet tal-klieb tat-tfittxija huma tnejn, it-tfittxija għal splussiv u tfittxija għan narkotika/droga li tvarja minn kokaina, eroina, kannabis, ecstasy ecc. F’kull każ il-klieb huma mħarrġa biex ixommu u jsibu, u kif ikunu leħqu l-missjoni tagħhom huma jigirfu jew jinbħu għall-oġġett sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-handler tagħhom.

Tfittxijiet ta’ dan it-tip isiru l-iktar fuq bagalji u basktijiet li jkunu għadhom kif daħlu fl-ajruport ta’ Malta.  Dawn il-klieb jintużaw ukoll matul roadblocks u road checks.

Is-sezzjoni tal-klieb għandha wkoll id-dmir li tassisti l-Iskwadra ta’ Kontra Droga fi tfittxijiet li jkunu qegħdin jagħmlu.
 
​​​​
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001