Community Policing

It-terminu community policing jfisser l-istil ta’ ġestjoni li jippromwovi soluzzjonijiet għal problemi tal-komunita`.  Is-sħubija bejn il-Pulizija u l-komunita` hija mmirata sabiex jiġu ndirizzati l-kawżi ta’ reati u l-biża` ta’ reati fil-komunita`.
 
Il-ġurisdizzjoni tal-Pulizija Maltija hija maqsuma f’żewg reġjuni.  Reġjun A li jkopri in-nofsinhar ta’ Malta u Reġjun B li jirreferi għall-parti tat-tramuntana tal-pajjiz.
 
Ir-reġjuni huma mibnija fuq id-distretti tal-Għasses tal-Pulizija li huma l-istess għal Pulizija eżekuttiva u dik ġudizzjajra.
 
Community Policing f’Malta huwa bbażat fuq żewġ foundations; dik li tibni relazzjoni mal-komunita` u li ssib soluzzjonijiet għal problemi tal-istess komunita’.  Bis-saħħa ta’ dawn il-fatturi l-Pulizija tnissel sens viżibbli ta’ sigurta` permezz ta’ spezzjonijiet fit-toroq.  Din tinsab fuq nett tal-aġenda tal-Korp tal-Pulizija u huwa miksub permezz ta’ sħubija mal-Kunsilli Lokali fil-ġlieda kontra l-kriminalita`.  Dan iseħħ b’azzjonijiet li jittieħdu:
 
     Infruzar tal-liġi; 
     Tagħlim u permezz tal-assitenza;  
     Rispons rapidu, 
     Identifikati u istituzzjonaliżżati strateġiji sabiex isiru objettivi ċari u sabiex ikun hemm prestazzjoni mill-aqwa, 
     Titjib fil-kwalita` ta’ briefing u de-briefing.  
     Jiġu wkoll immirati dawk l-inħawi fejn l-iktar li jsiru reati u attivitajiet kriminali oħra.
 
Fattur importanti ieħor f’Community Policing huwa l-investiment fir-riżorsi tiegħu permezz ta’ taħriġ li jingħata lill-Pulizija.  l-istruttura ta’ dan it-taħriġ ġiet maħsuba sabiex il-Pulizija jkunu aktar orjentati favur il-komunita`, inkluż taħriġ f’inter-personal skills.
​​
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001