C.M.R.U.—Community and Media Relations Unit

Il-missjoni tas-C.M.R.U. hija li ‘tipprovdi komunikazzjoni effettiva u effiċjenti bejn iċ-cittadini li jitolbu l-assistenza tal-Pulizija u tgħamel sforz sabiex tipprovdi assistenza lill-membri tagħha kif ukoll lil media’.

Il-kredenzjali essenzjali sabiex wieħed jaqdi dmiru b’mod effettiv f’dan l-uffiċju, wieħed jirrikjedi li jkun krejattiv, li jieħu inizjattiva, li jkun kapaċi jikkomunika b’mod ċar u li jgħamel ġudizzji tajbin, speċjalment matul it-transizzjoni ta’ informazjoni lill-ġurnalisti.

Għalkemm il-Pulizija hija kkonsidrata bħala entita li qegħda hemm sabiex tiskoraġġixxi kull tip ta’ kriminalita`, hija għandha ukoll l-irwol li teduka. F’dan ir-rispett, hija integrat u affiljat ruħha ma’ istituzzjonijiet edukattivi, spejċalment sabiex teduka tfal rigward miżuri preventivi,  bħat-traffiku, abbuż, kriminalita` u droga.

Id-dmirijiet huma maqsuma fi tlieta: relazzjonijiet fil-komunita`, relazjonijiet fil-midja u fl-edukazzjoni.

     Koordinazzjoni ta’ lezzjonijiet gewwa l-iskejjel, il-kunsilli lokali u d-diversi NGO’s.

     Diversi xogħolijiet ta’ CMRU

     L-immaniġjar ta’ talbiet għall-informazzjoni minn studenti, ġurnalisti u l-pubbliku;

     Ilmenti mill-kunsilli lokali li jiġu mibgħuta permezz tas-sistema tal-Customer Care.

     Moniteraġġ kontinwu ta’ programmi kemm viswali u awdjovisivi, speċjalment dawk li jikkonċernaw lill-Pulizija;

     Publikazzjoni ta’ staqirijiet  u l-kordinazjoni ta’ Press Conferences;

     Il-publikazzjoni tal-Magazine tal-Pulizija li jinħareg erba’ darbiet fis-sena.

     Il-kordinament ta’ visti għal diversi postijiet fi ħdan il-Pulizija, bħas-sezzjoni tal-klieb, is-sezzjoni tal-kavallerija, l-akkademja tal-Pulizija u l-mużew tal-Pulizija;

     L-introduzzjoni tal-mascot tal-Pulizija, li gie introdott fil-jum tal-Pulizija tal-192 Anniversary.

     Iż-żamma tal-websajt tal-Pulizija;

     Customer Care; u

     Relazzjonijiet bejn il-Pulizija, il-midja u l-pubbliku
INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:
 
 Indirizz tal-Kuntatt   
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 Telefown
2122 4001