Dan il-proġett huwa avanzz ghal-Korp tal-Pulizija lejn l-integrazzjoni tad-databases tal-organizzazzjonijiet internazzjonali INTERPOL u EUROPOL, fi ħdan is-sistema nazzjonali tal-Pulizija. Skwadri specjaliżżati fi hdan il-Korp tal-Pulizija sejrin jkollhom aċċess indirett fi hdan l- EUROPOL Information System u Interpol FIND database. Dawn id-databases għandhom jservu bħala informazzjoni u intelligenza adizzjonali b’riżultati effiċjenti u f’inqas ħin lill-investigazzjonijiet. Dan il-proġett huwa ko-finanzjat min fondi Ewropej taħt il-program ISF (Fondi għas-Sigurtà Interna) 2014–2020, fejn il-korp tal-Pulizija nefaq l-ammont ta’ €1,232,931.26 (VAT inkluż) sabiex jinxtara t-tagħmir neċċessarju biex sseħħ l-integrazzjoni tas-sistema nazzjonali tal-Pulizija mad-databases tal-INTERPOL u l-EUROPOL.