Mara tweġġa’ serjament wara waqgħa

Numru ta' Referenza: PR_72_24, Data ta' l-Istqarrija : Fra 11, 2024
 
Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu (0200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġużepp, Tal-Pietà.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara min-Nepal ta’ 29 sena u residenti Tal-Pietà, kienet waqgħet madwar żewġ sulari minn gallarija.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifkata li weġġgħet serjament.   

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.