Inċident tat-traffiku f’San Ġiljan

Numru ta' Referenza: PR_59_24, Data ta' l-Istqarrija : Fra 07, 2024
 
Raġel ta’ 50 sena u joqgħod Wied il-Għajn, għal xi l-ħdax u kwart ta’ filgħodu (1115hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Citroen Dispatch, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Marsa.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.