Raġel iweġġa’ wara waqgħa fil-Ħamrun

Numru ta' Referenza: PR_58_24, Data ta' l-Istqarrija : Fra 07, 2024
 
Raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara, sofra ġrieħi serji wara li waqa’ mit-tielet sular għat-tieni sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu (0730hrs), fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Abigail Critien LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.