Raġel iweġġa’ serjament f’Birżebbuġa

Numru ta' Referenza: PR_54_24, Data ta' l-Istqarrija : Fra 03, 2024
 
Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs), il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li aktar kmieni kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’residenza privata li tinsab fi Triq Salvatore Cachia Zammit, Birżebbuġa.

Mill-istħarriġ li sar irriżulta li raġel, li huwa mill-Indja u għandu 49 sena, weġġa’ wara li waqa’ madwar żewġ metri.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.