Inċident tat-traffiku fl-Imtarfa

Numru ta' Referenza: PR_51_24, Data ta' l-Istqarrija : Fra 03, 2024
 
Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija (2130hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imtarfa, l-Imtarfa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Suzuki GSX misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti s-Siġġiewi u Isuzu D-Max misjuq minn mara ta’ 41 sena residenti r-Rabat.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.