Serqa minn ħanut

Numru ta' Referenza: PR_552_23, Data ta' l-Istqarrija : Set 11, 2023
 

 ​Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija (2100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq San Tumas, il-Fgura.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel mill-Pakistan ta’ 31 sena residenti  Santa Venera. 

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Farrugia Frendo LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.